COVID-19: appoġġ ta' aktar minn €3.3 biljun għall-Balkani tal-Punent
Ir-rispons tal-UE għall-kriżi tal-coronavirus fil-Balkani tal-Punent
Mill-bidu tal-pandemija, l-UE mmobilizzat aktar minn €3.3 biljun biex tappoġġa l-Balkani tal-Punent:
biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa
- €41.46 miljun f'appoġġ immedjat lis-settur tas-saħħa għall-akkwist ta' tagħmir u materjali mediċi
- €70 miljun għall-aċċess għall-vaċċini kontra l-COVID-19 u l-implimentazzjoni ta' kampanji ta' tilqim
- €7.35 miljun bħala assistenza għat-tħejjija għall-vaċċini
- €1.5 miljun għall-kooperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
biex jingħata bidu għall-irkupru soċjoekonomiku
- €376.5 miljun biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali
- €750 miljun f'assistenza makrofinanzjarja
biex jiġu appoġġati n-negozji u l-investiment tas-settur pubbliku
- €385 miljun biex jiġu appoġġati l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs)
- €1.7 biljun f'self preferenzjali mill-Bank Ewropew tal-Investiment
Distribuzzjoni skont il-pajjiż:
Repubblika tal-Albanija:
- €4 miljuni f’appoġġ immedjat
- €46.7 miljun f'appoġġ għall-irkupru soċjali u ekonomiku
- €180 miljun f'assistenza makrofinanzjarja
Bożnija-Ħerzegovina:
- €7.7 miljun f'appoġġ immedjat lis-settur tas-saħħa
- €73.5 miljun f'appoġġ għall-irkupru soċjali u ekonomiku
- €250 miljun f'assistenza makrofinanzjarja
Kosovo*:
- €5 miljun f'appoġġ immedjat lis-settur tas-saħħa
- €63 miljun f'appoġġ għall-irkupru soċjali u ekonomiku
- €100 miljun f'assistenza makrofinanzjarja
Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq:
- €4 miljun f'appoġġ immedjat lis-settur tas-saħħa
- €9.5 miljun għat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-ilma
- €62 miljun f'appoġġ għall-irkupru soċjali u ekonomiku
- €160 miljun f'assistenza makrofinanzjarja
Repubblika tas-Serbja:
- €17.7 miljun f'appoġġ immedjat lis-settur tas-saħħa
- €77.4 miljun f'appoġġ għall-irkupru soċjali u ekonomiku
Montenegro:
- €3 miljun f'appoġġ immedjat lis-settur tas-saħħa
- €40.5 miljun f'appoġġ għall-irkupru soċjali u ekonomiku
- €60 miljun f'assistenza makrofinanzjarja
L-UE hija l-investitur u s-sieħba #1 tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent.
* Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
- Summit ta' Zagreb bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, 6 ta' Mejju 2020
- Il-laqgħa tal-mexxejja tal-Balkani tal-Punent: l-UE ssaħħaħ l-appoġġ biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19 u tiddeskrivi fil-qosor il-proposta għall-irkupru ta' wara l-pandemija (stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea, 29 ta' April 2020)
- Skeda informattiva dwar ir-rispons tal-UE għall-pandemija tal-coronavirus fil-Balkani tal-Punent (infografika tal-Kummissjoni Ewropea)