"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Il-pjan tal-UE biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija

L-UE qed tiffaċċa kriżi tal-enerġija mingħajr preċedent minħabba l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. L-istabbiliment ta' miri komuni għall-iffrankar tal-enerġija jgħin liċ-ċittadini u lin-negozji tal-UE jiffaċċjaw dawn iż-żminijiet inċerti.

It-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija jbaxxi l-prezzijiet u jnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet. L-UE ssir inqas vulnerabbli għall-bidliet globali u turi iktar rispett lejn il-klima.