"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Klima

Skopri kif il-pajjiżi tal-UE qed jiġġieldu t-tibdil fil-klima u qed jaħdmu biex jimxu lejn ekonomija b'emissjonijiet żero netti. 

L-UE trid tilħaq emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sal-2050, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi. Il-liġi Ewropea dwar il-klima torbotna b'dan l-għan.

Ir-regoli skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew jixprunaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà newtrali għall-klima.

Idejn li jimbuttaw 'l isfel l-emissjonijiet li joħorġu miċ-ċmieni tal-fabbriki.

X'qed tagħmel l-UE dwar it-tibdil fil-klima

Biex tilħaq l-għanijiet klimatiċi tagħha, l-UE adottat liġijiet biex tnaqqas l-emissjonijiet b'mod sostanzjali.

30% tal-baġit tal-UE għall-2021-2027 huwa allokat għall-azzjoni klimatika.

L-UE, flimkien mal-istati membri tagħha, hija l-akbar fornitur ta' finanzjament għall-klima fid-dinja.

Azzjoni klimatika skont is-settur

It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra

L-UE u l-pajjiżi membri tagħha huma marbuta legalment li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-inqas 55% sal-2030 u b'mill-inqas 90% sal-2040, meta mqabbla mal-livelli tal-1990, bħala pass intermedju biex jintlaħqu emissjonijiet żero netti sal-2050. L-aħħar data turi li l-emissjonijiet qed jonqsu fis-setturi kollha iżda għad hemm ħafna xi jsir biex naslu għal żero netti.

Il-grafika turi l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra tal-UE f'miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 (MtCO2e).

Verżjoni testwali

Grafika li turi l-evoluzzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE mill-1990 sal-2022. Il-linja turi xejra 'l isfel minn 4 712.3 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 (MtCO2e) fl-1990 għal 3 248.21 miljun tunnellata fl-2022. Il-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2020 u l-2030, tnaqqis ta' -20 % u tnaqqis ta' -55 % rispettivament meta mqabbla mal-livelli tal-1990, huma mmarkati fuq il-grafika. Sors: l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

L-impatti tat-tibdil fil-klima

Skont ir-rapport tal-2024 dwar l-istat tal-klima fl-Ewropa, l-aktar tliet snin sħan irreġistrati fl-Ewropa lkoll seħħew mill-2020 'l hawn, bl-2024 ikklassifikata bħala l-aktar sena sħuna.

Fl-2024 rajna xi eventi ta' temp estrem rekord, bħall-għargħar, in-nirien mhux ikkontrollati u l-maltempati, li kellhom konsegwenzi serji għan-nies u għall-ekonomija.

5 fatti dwar l-għan tal-UE għan-newtralità klimatika

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hija essenzjali għall-futur tal-Ewropa u tad-dinja. Il-liġi Ewropea dwar il-klima ppromulgat fil-leġiżlazzjoni l-objettiv tal-UE li sal-2050 issir newtrali għall-klima. Dan l-għan konformi mal-impenn li sar mill-UE u l-istati membri tagħha meta ffirmaw il-Ftehim ta' Pariġi fl-2015.

Xi tfisser in-newtralità klimatika u l-UE kif qed tippjana li tilħaq dan l-għan?

Id-Dinja fuq sfond blu b'illustrazzjonijiet imxerrda ta' turbina eolika, pannelli solari u s-simbolu tar-riċiklaġġ, fost oħrajn.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Id iżżomm ħajta blu li taqleb minn għoqda mħabbla għal linja dritta, li tissimbolizza s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE biex tissaħħaħ il-kompetittività. L-isfond fih dokumenti mxerrda.

Simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE

Id iżżomm il-globu u t-termometru li juri 1.5 gradi Celsius mal-ġenb.

Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima

Illustrazzjoni ta' żewġ idejn iwaqqfu l-gass miċ-ċmieni ta' fabbrika.

Tibdil fil-klima: x'qed tagħmel l-UE

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Lulju 2026