"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina: fatti u ċifri

L-UE u ċ-Ċina flimkien huma responsabbli għal kważi 30% tal-kummerċ dinji f'merkanzija u servizzi u għal aktar minn terz tal-PDG fid-dinja.

Il-bnadar tal-UE u taċ-Ċina u globu, flimkien ma' xi muniti li jirrappreżentaw it-tkabbir ekonomiku.

L-UE għandha approċċ ta' politika multidimensjonali lejn iċ-Ċina, fejn hija simultanjament sieħeb, kompetitur u rivali sistemiku.

L-UE u ċ-Ċina jibqgħu jkunu sħab kummerċjali u ekonomiċi importanti. L-UE ser tieħu ħsieb tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, sabiex ir-relazzjoni kummerċjali u ekonomika tkun ibbilanċjata, reċiproka u ta' benefiċċju reċiproku.

Fl-2025, il-kummerċ f'merkanzija u servizzi bejn l-UE u ċ-Ċina qabeż it-€880 biljun.

Verżjoni testwali

Tabella grafika li tirrappreżenta l-esportazzjoni tal-UE lejn iċ-Ċina u l-importazzjoni tal-UE miċ-Ċina fl-2025:

  • Importazzjoni ta' merkanzija lejn l-UE: €571.3 biljun
  • Importazzjoni ta' servizzi lejn l-UE: €45.8 biljun
  • Esportazzjoni ta' merkanzija mill-UE: €199.5 biljun
  • Esportazzjoni ta' servizzi mill-UE: €67 biljun

Iċ-Ċina hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE għall-merkanzija u s-servizzi meqjusin flimkien, filwaqt li l-UE hija s-sieħeb kummerċjali ewlieni taċ-Ċina.

Kummerċ tal-merkanzija (2025)

Fl-2025, l-UE esportat merkanzija b'valur ta' €199.5 biljun lejn iċ-Ċina u importat merkanzija b'valur ta' €571.3 biljun. Dan jirrappreżenta defiċit kummerċjali ta' aktar minn €370 biljun.

Bejn l-2015 u l-2025, l-importazzjoni tal-UE miċ-Ċina żdiedet b'aktar minn 90%, filwaqt li l-esportazzjoni lejn iċ-Ċina żdiedet bi 37%.

Merkanzija ewlenija li l-UE timporta miċ-Ċina

Apparat tat-telekomunikazzjoni u tal-awdjo

Magni tal-uffiċċju, kompjuters personali u oħrajn

Makkinarju u apparat tal-elettriku

Merkanzija ewlenija li l-UE tesporta lejn iċ-Ċina

Makkinarju

Karozzi u vetturi bil-mutur

Partijiet ta' vetturi bil-mutur

Kummerċ f'servizzi (2025)

Fl-2025, il-kummerċ fis-servizzi bejn l-UE u ċ-Ċina qabeż il-€112-il biljun, b'€67 biljun f'esportazzjonijiet tal-UE u kważi €46 biljun f'importazzjonijiet tal-UE.

Is-servizzi ewlenin kienu jinkludu:

Servizzi tat-trasport

Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi

Servizzi tat-telekomunikazzjoni, tal-informatika u tal-informazzjoni (għall-esportazzjoni tal-UE)

Imposti għall-użu tal-proprjetà intellettwali (għall-esportazzjoni tal-UE)

Investiment dirett barrani

L-istokk tal-investiment tal-UE fiċ-Ċina kien ta' aktar minn €239 biljun fl-2024. It-tliet setturi ewlenin kienu l-karozzi, il-farmaċewtiċi u l-bijoteknoloġija, u l-materjali bażiċi.

L-istokk tal-investiment taċ-Ċina fl-UE kien ta' aktar minn €79 biljun fl-2024. It-tliet oqsma ewlenin kienu s-settur awtomobilistiku, id-divertiment, il-media u l-edukazzjoni, u l-enerġija u l-materjali bażiċi.

Id-data użata f'din il-paġna ġiet estratta f'Settembru 2026 u ġejja mis-settijiet ta' data tal-Eurostat li ġejjin:

Ara wkoll

Kontejners tat-tbaħħir li jirrappreżentaw il-kummerċ.

Xi jfissru t-tariffi tal-UE

Illustrazzjoni tad-Dinja b'bar chart u line chart li jissuġġerixxu żieda fil-kummerċ globali.

Leġiżlazzjoni kummerċjali tal-UE

Immaġni stilizzata tad-Dinja mdawra b'kaxxi tal-merkanzija u tikek żgħar ħomor u blu, li jirrappreżentaw il-kummerċ internazzjonali.

Kummerċ

L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Settembru 2026