"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Leġiżlazzjoni kummerċjali tal-UE

L-UE għandha fis-seħħ għadd ta' miżuri biex tiżgura kummerċ ġust u ekwu ma' pajjiżi terzi.

Kummerċ ġust u ekwu

F'dawn l-aħħar snin, l-UE kienet qed twettaq riforma fundamentali tar-regoli ewlenin marbuta mal-kummerċ. L-oqsma ewlenin koperti:

  • il-ġlieda kontra l-koerċizzjoni
  • investimenti diretti barranin
  • salvagwardji bilaterali
  • strumenti għad-difiża tal-kummerċ, inkluż anti-dumping

L-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE għandhom l-għan li jipproteġu lill-produtturi u n-negozji tal-Ewropa mill-ħsara potenzjali li tista' tkun ikkaġunata minn ċerti prattiki kummerċjali ta' entitajiet barranin.

Skrinjar tal-investimenti diretti barranin

L-UE għandha fis-seħħ regoli dwar l-iskrinjar tal-investiment dirett barrani (IDB) lejn l-UE, biex l-istati membri jkunu jistgħu jivverifikaw u jikkontrollaw l-investimenti barranin fl-UE u jindirizzaw kwalunkwe riskju għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku. Huma jagħmlu dan f'kooperazzjoni ma' stati membri oħra u mal-Kummissjoni Ewropea.

Fil-11 ta' Diċembru 2025, il-Kunsill u l-Parlament laħqu ftehim proviżorju biex jiġi rivedut regolament dwar l-iskrinjar tal-IDB mill-2019.

Il-ftehim proviżorju ser jiġi approvat mill-Kunsill u mill-Parlament qabel jiġi adottat formalment. Ir-regoli ser jibdew japplikaw 18-il xahar wara li jidħol fis-seħħ ir-regolament rivedut.

L-arranġamenti riveduti għall-iskrinjar tal-IDB huma parti mill-istrateġija tal-UE biex issaħħaħ is-sigurtà ekonomika tagħha u biex tipproteġi s-setturi strateġiċi tal-industrija minn investimenti riskjużi minn investituri barranin.

Globu li jitfa' enfasi fuq l-Ewropa bi vleġeġ ħomor u blu li jindikaw konnessjonijiet, akkumpanjati minn gozz muniti li jissimbolizzaw l-investiment finanzjarju.

Spjegazzjoni tal-iskrinjar tal-investiment dirett barrani

Miżuri kontra l-koerċizzjoni

Fit-23 ta' Ottubru 2023, il-Kunsill adotta l-istrument kontra l-koerċizzjoni. Din l-għodda għandha l-għan li tiskoraġġixxi lil pajjiżi terzi milli jużaw il-koerċizzjoni ekonomika fil-konfront tal-UE u l-istati membri tagħha permezz ta' miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment.

Fost il-miżuri li jistgħu jiġu applikati għall-pajjiż terz bħala rispons għall-koerċizzjoni ekonomika hemm l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet kummerċjali, pereżempju fil-forma ta':

  • żieda fid-dazji doganali
  • liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni
  • restrizzjonijiet fil-qasam tas-servizzi, tal-aċċess għall-investiment dirett barrani jew tal-akkwist pubbliku

L-istrument kontra l-koerċizzjoni huwa mfassal biex, permezz ta' djalogu, inaqqas l-intensità tal-miżuri koerċittivi u jinkoraġġixxi t-tmiem tagħhom. Kwalunkwe kontromiżura meħuda mill-UE hija applikata biss bħala l-aħħar istanza.

Strumenti għad-difiża tal-kummerċ

Fit-8 ta' Ġunju 2018, daħal fis-seħħ ir-regolament il-ġdid li jimmodernizza l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ tal-UE.

Ir-regolament għandu l-għan li jipproteġi lill-produtturi tal-UE mill-ħsara kkaġunata minn kompetizzjoni inġusta, filwaqt li jiżgura kummerċ ħieles u ġust. Huwa jagħmel l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ aktar prevedibbli, trasparenti u aċċessibbli, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).

L-objettiv tal-UE huwa li l-istrumenti tal-anti-dumping u dawk kontra s-sussidji jkunu aktar effiċjenti u aktar adatti biex jipproteġu lill-produtturi tal-UE minn prattiki inġusti ta' impriżi barranin u minn kwalunkwe riskju ta' ritaljazzjoni.

Fl-istess ħin, l-importaturi għandhom igawdu minn prevedibbiltà akbar f'dak li għandu x'jaqsam ma' bidliet fir-rati tad-dazju, u b'hekk l-ippjanar tan-negozju tagħhom isir aktar faċli. Is-sistema sħiħa għandha tkun iktar trasparenti u faċli biex tintuża.

Anti-dumping

Fl-4 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta regoli ġodda tal-UE biex jgħinu jipproteġu lill-Unjoni Ewropea minn prattiki kummerċjali inġusti. Dawn daħlu fis-seħħ fl-20 ta' Diċembru 2017.

Ir-regoli aġġornati tal-UE dwar l-anti-dumping japplikaw għal każijiet fejn il-prezzijiet ta' prodotti importati jitbaxxew b'mod artifiċjali minħabba intervent mill-istat.

Il-qafas legali jelimina d-distinzjoni li kienet issir bejn ekonomiji tas-suq u mhux tas-suq fil-kalkolu tad-dumping.

Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea turi l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti tas-suq bejn il-prezz tal-bejgħ ta' prodott u l-kost tal-produzzjoni tiegħu.

Salvagwardji bilaterali orizzontali

Fit-28 ta' Jannar 2019, il-Kunsill adotta regolament li jippermetti l-applikazzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja għal ftehimiet kummerċjali.

Ir-regolament ikopri l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Ġappun, bejn l-UE u Singapore, u bejn l-UE u l-Vjetnam. Il-ftehimiet tal-UE maċ-Ċilì, il-Kenja u New Zealand huma koperti wkoll minn salvagwardji bilaterali. Fil-kamp ta' applikazzjoni jistgħu jiżdiedu ftehimiet kummerċjali oħra.

Il-miżuri bilaterali ta' salvagwardja jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi tariffarji.

Qabel din l-inizjattiva, dan il-mekkaniżmu kien propost b'mod separat f'kull ftehim kummerċjali.

Ara wkoll

Kontejners tat-tbaħħir li jirrappreżentaw il-kummerċ.

Xi jfissru t-tariffi tal-UE

Pinna tiffirma dokument, bi graff ta' linja ħamra tiela' 'l fuq u ċart finanzjarja fl-isfond.

Ftehimiet kummerċjali tal-UE

Two shipping containers are suspended by cranes inside a circle of blue stars, with a faint stock market graph in the background.

European economic security

L-aħħar reviżjoni: 2 ta' Marzu 2026