"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Ċertifikat COVID diġitali tal-UE

Ir-regolament tal-UE li jistabbilixxi ċ-ċertifikat COVID diġitali tal-UE kien validu mill-1 ta' Lulju 2021 sat-30 ta' Ġunju 2023.

Minn Ġunju 2023, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) adottat is-sistema tal-UE ta' ċertifikazzjoni diġitali tal-COVID-19 biex tistabbilixxi sistema dinjija li tgħin biex iċ-ċittadini madwar id-dinja jitħarsu minn theddid għas-saħħa attwali u futur, inkluż pandemiji.

Iċ-ċertifikat COVID diġitali tal-UE jiżgura vjaġġar u vaganzi aktar sikuri għaċ-ċittadini.

Ċertifikat COVID diġitali tal-UE

Kif jaħdem?

1) Iċ-ċittadini kollha tal-UE li

  • tlaqqmu (validu għal 270 jum ladarba jkunu għaddew 14-il jum wara t-tlestija taċ-ċiklu primarju tat-tilqim) u (l-ebda perjodu ta' validità għat-tilqim booster)
  • ikollhom test negattiv
  • irkupraw mill-Covid-19 (validu għal 180 jum)

jistgħu jagħtu prova ta' dan b'ċertifikat diġitali, maħruġ mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.

2) Iċ-ċertifikat ikun fih

  • kodiċi QR muri fuq apparat jew stampat
  • firma diġitali, verifikata permezz tal-portal tal-UE

3) Meta jiġi verifikat iċ-ċertifikat, jiġi skennjat il-kodiċi QR u tiġi vverifikata l-firma.

4) Iċ-ċertifikat huwa

  • bla ħlas
  • validu fil-pajjiżi kollha tal-UE u taż-żona Schengen
  • disponibbli b'lingwa nazzjonali u bl-Ingliż

5) Huwa jiżgura

  • is-sigurtà tad-data tagħna
  • vjaġġar aktar sikur