"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kif jaħdem il-mekkaniżmu ta' rispons għal kriżijiet, IPCR

Spjegazzjoni dwar kif jaħdem il-mekkaniżmu ta' rispons għal kriżijiet, IPCR

L-arranġamenti integrati għal rispons politiku f'sitwazzjoni ta' kriżi (IPCR) huma wieħed mill-mekkaniżmi ta' rispons tal-UE f'każ ta' kriżi. Il-presidenza tal-Kunsill tista' tużah biex tikkoordina r-rispons politiku għal kriżijiet maġġuri u kumplessi, inkluż atti terroristiċi.

Meta sseħħ kriżi:

    • diżastri naturali jew maħluqa mill-bniedem
    • ġewwa jew barra l-UE

Il-mekkaniżmu ta' rispons għal kriżi tal-Kunsill jista' jiġi attivat

    • mill-presidenza tal-Kunsill
    • jew meta stat membru jinvoka l-klawżola ta' solidarjetà

Il-presidenza tal-Kunsill iġġib flimkien l-atturi rilevanti minn:

    • Istituzzjonijiet tal-UE
    • stati membri milquta
    • partijiet konċernati ewlenin oħra

Il-mekkaniżmu ta' rispons għal kriżi jipprovdi għodod konkreti għal:

    • kondiviżjoni ta' informazzjoni
    • tħaffif tal-ħidma flimkien
    • koordinament tar-rispons għall-kriżi

Jistgħu jintużaw 3 modi ta' operazzjoni:

  • Modalità ta' monitoraġġ

    • tqassim ta' rapporti eżistenti dwar il-kriżi
    • Punt ta' kuntatt 24/7
  • Modalità ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni

    • tqassim ta' rapporti eżistenti dwar il-kriżi
    • Punt ta' kuntatt 24/7
    • rapporti analitiċi tas-sitwazzjoni
    • pjattaforma fuq il-web għall-iskambju u l-ġbir ta' informazzjoni
  • Modalità ta' attivazzjoni sħiħa

    • tqassim ta' rapporti eżistenti dwar il-kriżi
    • Punt ta' kuntatt 24/7
    • rapporti analitiċi tas-sitwazzjoni
    • pjattaforma fuq il-web għall-iskambju u l-ġbir ta' informazzjoni
    • laqgħa ta' kriżi mal-ambaxxaturi għall-UE jew mal-ministri
    • proposti għal azzjoni mill-UE

Għal aktar informazzjoni dwar l-arranġamenti integrati għal rispons politiku f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (IPCR), ara:

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Marzu 2020