"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Rispons għall-kriżijiet

Skopri kif l-UE twieġeb għall-kriżijiet u d-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem madwar id-dinja. 

Meta tinqala' kriżi, l-UE u l-istati membri tagħha għandhom diversi mekkaniżmi disponibbli biex iwasslu l-għajnuna u jgħinu tissolva jew tittejjeb is-sitwazzjoni.

F'każ ta' emerġenzi bħal perikli naturali, kriżijiet tas-saħħa jew kunflitti, l-UE tipprovdi assistenza rapida, effettiva u koordinata fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Persuna twassal kaxxa ta' għajnuna umanitarja lil persuna oħra.

Kif il-Kunsill jikkoordina r-rispons tal-UE għall-kriżijiet

Il-Kunsill tal-UE jikkoordina r-rispons fil-livell politiku għal kriżijiet kbar u kumplessi fl-Ewropa u madwar id-dinja permezz tal-mekkaniżmu integrat għal rispons politiku f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (IPCR).

L-IPCR ilaqqa' flimkien l-istati membri tal-UE, l-istituzzjonijiet tal-UE u atturi ewlenin oħra affettwati mill-kriżi jew involuti fiha biex jappoġġaw fehim kondiviż tas-sitwazzjoni u jipproponu miżuri ta' rispons. L-IPCR bħalissa huwa attivat bis-sħiħ għas-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati.

Assistenza umanitarja

L-UE u l-istati membri tagħha huma d-donaturi ewlenin tal-għajnuna umanitarja fid-dinja. Permezz tal-għajnuna umanitarja tagħha, l-UE tassisti lill-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli billi tipprovdi appoġġ essenzjali u li jsalva l-ħajjiet matul il-kriżijiet.

Oqsma ewlenin ta' assistenza

Borża mimlija ħbub.

Sigurtà alimentari

Minuri jiekol minn skutella.

Nutrizzjoni

Id b'siringa.

Kura tas-saħħa ta' emerġenza

Idejn jilqgħu l-ilma minn vit miftuħ.

Ilma u sanità

Tinda.

Kenn

Munzell karti tal-flus.

Servizzi ta' protezzjoni

L-assistenza ewlenija tinkludi wkoll trasferimenti ta' flus għal ħtiġijiet urġenti, edukazzjoni f'emerġenzi, u tħejjija għad-diżastri biex tissaħħaħ ir-reżiljenza kontra diżastri relatati mal-klima.

L-assistenza umanitarja tal-UE hija ffinanzjata mill-UE u l-istati membri tagħha u hija pprovduta fuq il-post minn organizzazzjonijiet sħab. Hija bbażata fuq il-prinċipji umanitarji tan-newtralità, l-umanità, l-indipendenza u l-imparzjalità.

Protezzjoni ċivili

Kwalunkwe pajjiż fl-Ewropa u lil hinn minnha jista' jappella lill-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili (EUCPM) għall-għajnuna meta emerġenza tegħleb il-kapaċitajiet ta' rispons tiegħu. Meta dan iseħħ, l-UE tista' tattiva l-EUCPM biex tikkoordina l-iskjerament ta' timijiet u tagħmir speċjalizzati, bħal ajruplani tat-tifi tan-nar, timijiet tat-tiftix u s-salvataġġ, mediċini u persunal mediku.

L-aktar emerġenzi komuni li jiskattaw l-EUCPM huma tifqigħat ta' mard, nirien fis-selvaġġ, għargħar, ċikluni tropikali, terremoti u kunflitt. Il-mekkaniżmu ġie attivat aktar minn 800 darba mill-2001, 64 minnhom fl-2025.

Protezzjoni konsulari

Meta tfaqqa' kriżi, iċ-ċittadini tal-UE huma intitolati li jfittxu għajnuna minn kwalunkwe ambaxxata jew konsulat ta' stat membru ieħor tal-UE f'pajjiż mhux tal-UE jekk l-istat membru tagħhom stess ma jkollux rappreżentanza diplomatika hemmhekk.

L-assistenza tingħata fil-każ ta' passaporti jew karti tal-identità mitlufa jew misruqa, arrest jew detenzjoni, vittma ta' reat, inċident jew mard serju, ripatrijazzjoni jew mewt.

Passaport u mappa tad-dinja.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Collage li juri suldat itajjar dron.

Appoġġ militari tal-UE għall-Ukrajna

Grupp ta' refuġjati, fosthom tliet adulti u żewġt itfal.

Kif l-UE tgħin lir-refuġjati mill-Ukrajna

Mappa li tenfasizza l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq.

Il-pożizzjoni tal-UE dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' April 2026