Skip to content

Aġenda tal-Mexxejja

Infografika - Aġenda tal-Mexxejja

2017

9 - 20 ta' Ottubru 2017

  • Migrazzjoni: il-konsolidazzjoni tad-dimensjoni esterna, inkluż il-finanzjament
  • Ewropa Diġitali: segwitu tas-Summit Diġitali ta' Tallinn
  • Difiża: is-sitwazzjoni attwali tal-PESCO, il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża
  • Aġenda tal-Mexxejja

17 ta' Novembru 2017 - Is-Summit Soċjali ta' Gothenburg

  • Ewropa Soċjali: Impjiegi Ġusti u Tkabbir
  • Edukazzjoni u Kultura (it-30 anniversarju tal-Erasmus)

14-15 ta' Diċembru 2017

  • Difiża: it-tnedija tal-PESCO u ħarsa ġenerali tad-diversi fajls tad-difiża
  • Kwistjonijiet soċjali, kultura u edukazzjoni: segwitu tas-Summit Soċjali ta' Gothenburg
  • Migrazzjoni: it-triq 'il quddiem fid-dimensjoni esterna u dik interna
  • Summit tal-Euro: Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) + Unjoni Bankarja (ftehim dwar skeda ta’ żmien għad-deċiżjonijiet)

2018

23 ta' Frar 2018 - Laqgħa informali (Brussell)

  • Kwistjonijiet istituzzjonali: Il-kompożizzjoni/listi transnazzjonali tal-Parlament Ewropew, ħatriet, inkluż Spitzenkandidaten
  • Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP): dibattitu dwar il-prijoritajiet politiċi

22-23 ta' Marzu 2018

  • L-istrateġiji tas-Suq Uniku (niżguraw il-progress fl-ilħuq tal-iskadenza tal-2018)
  • Kummerċ: difiża tal-kummerċ, ftehim ta' kummerċ ħieles, skrinjar tal-investimenti
  • Klima u Enerġija (orjentazzjoni għall-ħidma futura)
  • Diġitali: kwistjonijiet li jirrikjedu deċiżjoni mill-Mexxejja, bħall-kummerċ elettroniku, id-drittijiet tal-awtur, it-tassazzjoni
  • Riċerka u Innovazzjoni: passi meħtieġa biex niżguraw il-kompetittività globali

16-17 ta' Mejju 2018 - Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent (Sofija)

  • Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent
  • (poss.) Migrazzjoni: ftehim ġenerali dwar il-politika interna u esterna

28 ta' Ġunju 2018

  • Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew
  • Difiża (orjentazzjoni għall-ħidma futura)
  • UEM (deċiżjonijiet konkreti dwar ir-riforma)
  • (poss.) Migrazzjoni: ftehim ġenerali dwar il-politika interna u esterna
  • Aġenda tal-Mexxejja: sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni

19-20 ta' Settembru 2018 - Laqgħa Informali (Salzburg)

  • Sigurtà Interna: il-kontrolli fil-fruntieri esterni, l-iskambju ta' informazzjoni, il-kooperazzjoni operazzjonali, is-sigurtà u l-ġustizzja kriminali fiċ-ċiberspazju, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni (orjentazzjoni għall-ħidma futura)

18 ta' Ottubru 2018

  • Sigurtà interna: segwitu għal-laqgħa informali
  • Migrazzjoni
  • Kummerċ: il-politika kummerċjali futura, ir-rwol tal-UE fis-sistema kummerċjali multilaterali

13-14 ta' Diċembru 2018

  • QFP (rapport ta' progress)
  • Suq Uniku (orjentazzjoni għall-ġejjieni lil hinn mid-data ta’ skadenza tal-2018)

2019

21-22 ta' Marzu 2019

  • Kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċ
  • UEM (sitwazzjoni attwali u kwalunkwe deċiżjoni ulterjuri)

9 ta' Mejju 2019 - Laqgħa informali (Sibiu)

  • Implimentazzjoni tal-Aġenda tal-Mexxejja
  • Tħejjija tal-Aġenda Strateġika 2019-2024

20-21 ta' Ġunju 2019

  • QFP (rapport ta’ progress/dibattitu bl-għan li jiġu konklużi n-negozjati aktar tard fl-2019)
  • Aġenda Strateġika 2019-2024
  • Ħatriet f'livell għoli

Wara konsultazzjonijiet mat-28 mexxej tal-UE, Donald Tusk stabbilixxa pjan ta' politika għall-UE għas-sentejn li ġejjin.