Skip to content

Il-qafas finanzjarju pluriennali

Infografika - il-qafas finanzjarju pluriennali

Qafas finanzjarju pluriennali

Iż-żamma tal-kontroll fuq il-baġit annwali tal-UE

Ir-regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) jistabbilixxi l-"limiti massimi" - ammonti massimi annwali - għaż-żewġ tipi li ġejjin ta' nfiq mill-UE:

Impenji

Dawn huma l-ammonti li l-UE tista' twiegħed li tonfoq f'sena partikolari u li mbagħad jintefqu f'dik is-sena jew tul diversi snin.

Pagamenti

Dawn jirreferu għall-infiq li jsir f'sena partikolari tal-QFP. Dan l-infiq jirriżulta minn impenji legali li l-UE tkun intrabtet bihom f'dik is-sena u/jew fis-snin preċedenti.

Limiti Massimi

Il-QFP jinkludi wkoll limiti massimi globali annwali għall-approprjazzjonijiet ta' pagament u għall-approprjazzjonijiet ta' impenn.

X’jagħmel il-QFP?

  • Il-QFP jiffissa l-limiti għall-baġits annwali tal-Unjoni Ewropea għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin
  • Huwa jiddetermina l-ammonti li jistgħu jintefqu fuq impenji u pagamenti kull sena
  • Dan jiżgura li l-infiq ikun ippjanat sew u allinjat mal-prijoritajiet tal-UE.