Skip to content

It-terroriżmu fl-UE: fatti u ċifri

Il-Europol – l-aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi – tippubblika rapport dwar is-sitwazzjoni u t-tendenzi tat-terroriżmu fl-UE kull sena. Ir-rapport jagħti ċifri dwar attakki terroristiċi u arresti b'rabta mat-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea u huwa msejjes fuq informazzjoni mogħtija mill-istati membri tal-UE.

Attakki terroristiċi fl-UE skont it-tip (2010-2021)

Din il-grafika turi attakki terroristiċi fl-UE bejn l-2010 u l-2021. Iċ-ċifri jinkludu attakki li saru, attakki li fallew u attakki li ġew sfrattati u huma mqassmin skont is-sena u skont it-tip: ġiħadisti / ispirati mir-reliġjon, tal-lemin, tax-xellug u anarkisti, etnonazzjonalisti u separatisti, oħrajn u mhux speċifikati. Ċifri bejn l-2010 u l-2019 jinkludu r-Renju Unit.

Verżjoni testwali

Il-pajjiżi tal-UE rrappurtaw in-numri li ġejjin ta' attakki terroristiċi li saru, li fallew u li ġew sfrattati bejn l-2010 u l-2021:

  • 2010: 249 attakk terroristiku
  • 2011: 174 attakk terroristiku
  • 2012: 219 attakk terroristiku
  • 2013: 152 attakk terroristiku
  • 2014: 199 attakk terroristiku
  • 2015: 211 attakk terroristiku
  • 2016: 142 attakk terroristiku
  • 2017: 205 attakk terroristiku
  • 2018: 129 attakk terroristiku
  • 2019: 119 attakk terroristiku
  • 2020: 57 attakk terroristiku
  • 2021: 15-il attakk terroristiku

Ċifri bejn l-2010 u l-2019 jinkludu r-Renju Unit.

Fl-2021 kien hemm 15 inċident terroristiku fl-istati membri tal-UE. L-għadd totali ta' attakki fl-2021 kien ħafna aktar baxx milli fis-snin ta' qabel, minħabba tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' attakki rrappurtati bħala terroriżmu tax-xellug.

Bejn l-2019 u l-2021, ġew sfrattati 29 komplott ġiħadist jew tal-lemin estrem madwar l-UE.

Arresti relatati mat-terroriżmu fl-UE (2010-2021)

Il-grafika turi l-arresti b'rabta mat-terroriżmu fl-UE bejn l-2010 u l-2021, skont is-sena u skont it-tip: ġiħadisti / ispirati mir-reliġjon, tal-lemin, tax-xellug u anarkisti, etnonazzjonalisti u separatisti, oħrajn u mhux speċifikati. Ċifri bejn l-2010 u l-2019 jinkludu r-Renju Unit.

Verżjoni testwali

Il-pajjiżi tal-UE rrappurtaw in-numri li ġejjin ta' arresti b'rabta mat-terroriżmu bejn l-2010 u l-2021:

  • 2010: 249 arrest
  • 2011: 484 arrest
  • 2012: 537 arrest
  • 2013: 535 arrest
  • 2014: 774 arrest
  • 2015: 1077 arrest
  • 2016: 1002 arrest
  • 2017: 1219 arrest
  • 2018: 1056 arrest
  • 2019: 1004 arrest
  • 2020: 634 arrest
  • 2021: 388 arrest

Ċifri bejn l-2010 u l-2019 jinkludu r-Renju Unit.

Bejn l-2019 u l-2021, 1 560 persuna ġew arrestati fl-istati membri tal-UE fuq suspett ta' reati relatati mat-terroriżmu.

Fl-2021, l-aktar reat frekwenti li wassal għall-arrest - fost dawk irrappurtati - kien is-sħubija fi grupp terroristiku, segwit mill-ippjanar jew it-tħejjija ta' attakk. Persuni suspettati oħra ġew akkużati li jiffinanzjaw it-terroriżmu, ir-reklutaġġ u l-inċitament għat-terroriżmu.

Attakki terroristiċi u arresti relatati mat-terroriżmu fl-UE (2021)

Din l-infografika turi attakki terroristiċi u arresti relatati mat-terroriżmu fl-UE fl-2021. Iċ-ċifri jinkludu attakki li saru, attakki li fallew u attakki li ġew sfrattati u kull tip ta' affiljazzjoni: ġiħadisti / ispirati mir-reliġjon, tal-lemin, tax-xellug u anarkisti, etnonazzjonalisti u separatisti, oħrajn u mhux speċifikati.

Verżjoni testwali

Il-pajjiżi tal-UE rrappurtaw l-għadd ta' attakki terroristiċi li ġejjin fl-2021:

  • Awstrija: 1
  • Belġju: 1
  • Danimarka: 1
  • Franza: 5
  • Ġermanja: 3
  • Ungerija: 1
  • Spanja: 1
  • Żvezja: 2
  • Total: 15

Il-pajjiżi tal-UE rrappurtaw in-numri li ġejjin ta' arresti b'rabta mat-terroriżmu fl-2021:

  • Awstrija: 24
  • Belġju: 32
  • Kroazja: 2
  • Ċipru: 6
  • Danimarka: 9
  • Finlandja: 5
  • Franza: 140
  • Ġermanja: 34
  • Greċja: 6
  • Ungerija: 2
  • Irlanda: 14
  • Italja: 40
  • Netherlands: 17
  • Polonja: 3
  • Portugall: 2
  • Rumanija: 2
  • Spanja: 47
  • Żvezja: 3
  • Total: 388

Franza esperjenzat l-ogħla numru ta' attakki (5), segwita mill-Ġermanja (3) u l-Iżvezja (2). L-Awstrija, id-Danimarka, l-Ungerija, il-Belġju u Spanja rrappurtaw attakk wieħed kull wieħed.

Iż-żewġ fatalitajiet irreġistrati fl-2021 kienu r-riżultat tal-attakki ġiħadisti mwettqa fi Spanja u fi Franza.