Skip to content

Xejriet fl-emissjonijiet industrijali tal-UE

L-attivitajiet industrijali huma sors ewlieni ta' tniġġis għall-ħamrija u l-atmosfera tal-Ewropa.

Ir-rilaxxi ta' sustanzi niġġiesa fl-arja u fl-ilma mill-industrija Ewropea naqsu matul dawn l-aħħar għaxar snin.

Ir-regoli tal-UE dwar l-emissjonijiet industrijali taw kontribut għat-tnaqqis tar-rilaxxi ta' sustanzi niġġiesa. Bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE, it-tniġġis tal-arja naqas bi 40-85% matul l-aħħar 15-il sena, skont is-sustanza niġġiesa.

It-tabelli ta' hawn taħt juru x-xejriet fit-tnaqqis tal-emissjonijiet bejn l-2010 u l-2020.

Emissjonijiet industrijali fl-arja fl-UE

Verżjoni testwali

Tabella li turi xejra ta' tnaqqis fl-emissjonijiet industrijali fl-arja fl-UE mill-2010 sal-2020 għal bosta sustanzi niġġiesa fosthom id-diossidu tal-karbonju, l-ossidi tan-nitroġenu, il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju.

Emissjonijiet industrijali fl-ilma fl-UE

Verżjoni testwali

Tabella li turi xejra ta' tnaqqis fl-emissjonijiet industrijali fl-ilma fl-UE mill-2010 sal-2020 għal bosta sustanzi niġġiesa fosthom in-nitroġenu, il-fosfru, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil.

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' Awwissu 2025