- Summit taż-Żona tal-Euro
Summit tal-Euro, 20 ta' Marzu 2025
Riżultati ewlenin
Il-mexxejja tal-UE ltaqgħu għal Summit tal-Euro, li sar f'format inklużiv. Is-summit sar fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, matul id-diskussjoni dwar kwistjonijiet ekonomiċi u l-kompetittività.
Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde, u l-President tal-Grupp tal-Euro, Paschal Donohoe, attendew il-laqgħa.
Perspettiva ekonomika
Il-mexxejja ssottolinjaw li l-ekonomiji u s-suq tax-xogħol tal-UE wrew reżiljenza sinifikanti fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja attwali. Dan għen biex jitrawwem l-irkupru fl-introjtu disponibbli tal-familji u jittejbu l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-investimenti.
Minħabba riskji u inċertezzi ġeopolitiċi dejjem akbar, il-mexxejja ssottolinjaw l-importanza li jibqgħu magħqudin biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE.
Għadna magħquda fid-determinazzjoni soda tagħna li nsaħħu r-reżiljenza u l-kompetittività tal-ekonomiji tagħna.
Dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro, 20 ta' Marzu 2025
Koordinazzjoni makroekonomika
Il-mexxejja tal-UE esprimew l-impenn tagħhom li jiżguraw politiki makroekonomiċi għaqlija u kkoordinati tajjeb biex itejbu l-produttività u jiżdied l-investiment.
F'dan ir-rigward, huma ħeġġew lill-Grupp tal-Euro biex jibqa' viġilanti fil-monitoraġġ tal-iżviluppi fil-politika fiskali.
Tfaddil u investimenti
Il-mexxejja tal-UE ssottolinjaw is-sens tagħhom ta' responsabbiltà urġenti u kondiviża għal progress rapidu u deċiżiv għal unjoni ta' tfaddil u investimenti.
F'dan il-kuntest, l-unjoni tas-swieq kapitali ser ikollha rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni tat-tfaddil u fl-isfruttament tal-finanzjament tal-investimenti meħtieġa sabiex tiġi appoġġata l-kompetittività tal-UE.
Il-mexxejja stiednu lill-President tal-Grupp tal-Euro jirrapporta lura regolarment dwar il-progress.
Spjegazzjoni tal-unjoni tas-swieq kapitali
Euro diġitali
F'dinja dejjem aktar frammentata u diġitali, huwa kruċjali li naċċelleraw il-progress fuq l-euro diġitali. Dan ser:
- jappoġġa sistema Ewropea kompetittiva ta' pagamenti bl-imnut
- jikkontribwixxi għas-sigurtà ekonomika tal-Ewropa
- isaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-euro
Il-mexxejja stiednu lill-President tal-Grupp tal-Euro jirrapporta lura regolarment dwar il-progress.
Laqgħu wkoll il-progress tal-Bulgarija biex tadotta l-euro, abbażi tal-kriterji maqbula.
Xi jfisser l-euro diġitali
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
- Eurogroup President Pierrakakis' report to the President of the Euro Summit
- 11/03/2026
- Dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro, 20 ta' Marzu 2025
- 20/03/2025
- "A strong euro area economy is an anchor for stability and security across our continent" - Eurogroup President Donohoe's report to the President of the Euro Summit
- 13/03/2025
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Beatriz Navarro Deputy spokesperson for the European Council President
- +32 471 33 22 92
- +32 2 281 51 50
-
Maria Tomasik Spokesperson for the European Council President
- +32 470 88 23 83
- +32 2 281 51 50
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro
Laqgħat li seħħew
Laqgħat li jmiss
L-aħħar reviżjoni: 21 ta' Marzu 2025