"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Spjegazzjoni tal-unjoni tas-swieq kapitali

L-UE qed taħdem biex toħloq suq uniku għall-kapital biex ittejjeb il-possibbiltajiet ta’ finanzjament għan-negozji u toffri opportunitajiet ġodda għal dawk li jfaddlu u għall-investituri, irrispettivament minn fejn jinsabu.

Għaliex l-approfondiment tas-swieq kapitali tal-Ewropa huwa essenzjali

Swieq kapitali miftuħa, li jiffunzjonaw tajjeb u integrati huma essenzjali għall-UE biex tkompli tiżviluppa s-suq uniku tagħha u tattira l-investimenti. Dawn jippromwovu t-tkabbir u l-innovazzjoni, joħolqu l-impjiegi u jtejbu l-kompetittività.

F'dawn l-aħħar snin, l-UE tejbet b'mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq kapitali tagħha billi żviluppat l-unjoni tas-swieq kapitali, inizjattiva biex jinħoloq suq verament uniku għall-kapital madwar l-UE.

Minkejja progress sinifikanti fit-tkabbir tas-swieq kapitali tal-UE f'dawn l-aħħar ftit snin, li joqrob lejn kważi 50% meta mqabbel mal-PDG mill-2014, għad hemm distakk notevoli fl-iżvilupp tagħhom.

ritratt iswed u abjad ta' id li qed iżżomm lenti quddiem graff kumpless bi sfumaturi blu

Għalhekk jeħtieġ li l-UE ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiżviluppa aktar is-swieq kapitali tagħha.

Swieq kapitali Ewropej aktar żviluppati u integrati:

  • jippermettu lill-kumpaniji, speċjalment lill-SMEs, jiddiversifikaw is-sorsi ta' finanzjament tagħhom
  • jiffaċilitaw l-investiment transfruntier u jattiraw aktar investiment barrani lejn l-UE
  • jagħmlu s-sistema finanzjarja tal-UE aktar stabbli, reżiljenti u kompetittiva
  • iżidu l-għażliet għal dawk li jfaddlu u jnaqqsu l-ispejjeż ta' finanzjament għan-negozji
  • isaħħu r-rwol tal-euro bħala munita ta' investiment internazzjonali
  • jappoġġaw l-investiment fl-innovazzjoni u jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali

Flimkien ma' unjoni bankarja li tiffunzjona tajjeb, swieq kbar u b'kapital likwidu jikkontribwixxu għar-reżiljenza ġenerali tal-unjoni ekonomika u monetarja (UEM).

L-infrastruttura tas-swieq finanzjarji tal-UE

L-integrazzjoni tas-swieq kapitali Ewropej għadha relattivament modesta. Is-settur bankarju robust u regolat tajjeb tal-UE jipprovdi parti kbira mill-ħtiġijiet ta' finanzjament għan-negozji fl-Ewropa. U huma prinċipalment il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni li joffru possibbiltajiet ta' tfaddil u investiment liċ-ċittadini.

L-infrastruttura tas-suq finanzjarju tal-UE/iż-żona tal-euro

L-infrastruttura tas-swieq finanzjarji tal-UE

Organizzaturi/investituri

  • Banek €37 triljun
  • Ditti tal-investiment €0.5 triljun

Investituri

  • Fondi ta' investiment €16 triljun
  • Assiguraturi tal-ħajja €3 triljun
  • Fondi ta' pensjonijiet privati €3 triljun

Is-swieq kapitali fl-Ewropa għadhom frammentati fil-livell nazzjonali u l-integrazzjoni finanzjarja tagħhom għadha lura meta mqabbla mal-livelli ta' qabel il-kriżi finanzjarja globali. Flimkien mad-daqs relattivament żgħir ta' dawk is-swieq kapitali, din il-frammentazzjoni timpedixxi l-kondiviżjoni transfruntiera tar-riskju. Dan inaqqas ir-reżiljenza tal-UE għax-xokkijiet.

Il-ftuħ tal-aċċess għall-kapital għan-negozji

Jeħtieġ li l-UE tiżgura li l-kumpaniji Ewropej ikollhom l-opportunitajiet ta' finanzjament li jeħtieġu.

Speċjalment fil-fażijiet tal-bidu u tat-tkabbir, il-kumpaniji jibbenefikaw minn swieq Ewropej profondi u li jiffunzjonaw tajjeb għall-kapital ta' riskju. Bħalissa, l-investiment barrani jiddomina ċ-ċikli ta' finanzjament li qed jespandu. In-negozji dinamiċi u innovattivi tal-UE spiss ma jkollhomx biżżejjed kapital biex jikkompetu globalment, u huma obbligati jfittxu finanzjament barra mill-pajjiż jew jirrilokaw barra mill-pajjiż. In-negozji ġodda tat-teknoloġija Ewropej, pereżempju, jiġu ħafna aktar ta' spiss akkwistati mid-ditti tal-Istati Uniti milli l-kuntrarju. Hemm ukoll nuqqas ta' aċċess għal investimenti ta' kapital ta' riskju (VC) meta mqabbla mal-Istati Uniti, fejn l-investimenti tal-kapital ta' riskju kienu għaxar darbiet ogħla milli fl-UE fl-2022.

Ir-riċerka tal-FMI turi li l-frammentazzjoni tas-swieq kapitali Ewropej twassal ukoll għal differenzi fl-ispejjeż ta' finanzjament għal ditti f'pajjiżi differenti.

Is-sottożvilupp attwali tas-swieq kapitali tal-UE jfisser li n-negozji ma jistgħux jibbenefikaw bis-sħiħ mill-finanzjament u l-investiment li jistgħu joffru s-swieq kapitali Ewropej integrati sew.

Dan jaffettwa wkoll l-attraenza tal-UE bħala post ta' investiment u d-deċiżjonijiet tad-ditti biex jespandu u jiġu elenkati fl-UE.

It-titjib tal-litteriżmu finanzjarju madwar l-UE

Iċ-ċittadini tal-UE għandu jkollhom l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji, kemm dwar jekk jiftħux kont bankarju, jieħdu self jew jagħmlu investimenti. Kulħadd għandu jkun jista' jifhem ir-riskji involuti fis-self jew fl-investiment tal-flus.

Madankollu, il-livelli ta' litteriżmu finanzjarju fl-UE għadhom baxxi. Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-litteriżmu finanzjarju ppubblikat fl-2023, madwar nofs il-popolazzjoni adulta tal-UE m'għandhiex fehim tajjeb biżżejjed tal-kunċetti finanzjarji bażiċi.

64% taċ-ċittadini tal-UE juru livell medju ta' litteriżmu finanzjarju u 18% juru livell baxx.

Bil-ħsieb li l-Ewropej jiġu megħjuna jagħmlu għażliet finanzjarji infurmati aħjar u jiġu mħeġġa jinvestu fis-swieq finanzjarji Ewropej, fl-14 ta' Mejju 2024 il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar il-litteriżmu finanzjarju. L-għan huwa li tingħata gwida lill-Kummissjoni u lill-istati membri dwar azzjonijiet biex jittejbu l-għarfien u l-fehim taċ-ċittadini dwar il-finanzi.

Liema wieħed mill-prodotti finanzjarji li ġejjin għandek bħalissa jew kellek f'dawn l-aħħar sentejn?

(% EU27, tista' tingħata aktar minn tweġiba waħda)

Verżjoni testwali

Liema wieħed mill-prodotti finanzjarji li ġejjin għandek bħalissa jew kellek f'dawn l-aħħar sentejn? (% EU27, tista' tingħata aktar minn tweġiba waħda)

Pensjoni privata jew prodott tal-irtirar: 22%

Assigurazzjoni tal-ħajja: 31%

Assigurazzjoni mhux tal-ħajja (eż. assigurazzjoni tad-djar, assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur): 46%

Self ipotekarju jew self għad-djar: 20%

Self ieħor għall-konsumatur: 14%

Prodott ta' investiment (fondi, stokks jew bonds): 24%

Kriptotitoli (inkluż kriptovaluta): 6%

Ebda waħda minn dawn: 21%

Ma nafx/nippreferi li ma nweġibx: 3%

Ara wkoll

Collage li juri oġġett globu li għandu munita ta' 2 euro fin-nofs u huwa mdawwar bl-istilel tal-bandiera Ewropea.

Ir-rwol internazzjonali tal-euro

Unjoni ekonomika u monetarja

Illustrazzjoni stilizzata ta' binja ta' bank fuq munita kbira, bi tliet kolonni ta' bar chart li jikbru u simbolu tal-euro fuq l-ogħla waħda.

Unjoni bankarja

L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Mejju 2024