Skip to content

Swieq kapitali

Kif l-UE qed tiżviluppa unjoni tas-swieq kapitali biex tattira l-finanzjament għall-kumpaniji, iżżid l-għażliet ta' investiment għaċ-ċittadini u ssaħħaħ l-ekonomija. 

L-Unjoni tas-swieq kapitali hija l-inizjattiva tal-UE biex l-investiment u t-tfaddil jgħaddu mill-istati membri kollha.

L-għan huwa li jinħoloq suq uniku għall-kapital u li s-swieq kapitali Ewropej isiru post saħansitra aktar sikur biex isir investiment fihom.

Rappreżentazzjoni viżiva tal-flussi kapitali fl-UE, li turi konnessjonijiet bejn l-unitajiet domestiċi, in-negozji, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-entitajiet tal-gvern madwar l-Ewropa

L-approfondiment tas-swieq kapitali tal-UE

Is-swieq kapitali Ewropej għadhom frammentati, u b'hekk in-negozji u ċ-ċittadini jiġu mċaħħda mill-benefiċċji ta' sorsi kompetittivi u affidabbli ta' finanzjament u investiment.

Swieq kapitali miftuħa u li jiffunzjonaw tajjeb huma essenzjali għall-finanzjament tal-futur. Huma jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku tal-UE u l-awtonomija strateġika tagħha u qed jidderieġu l-fondi għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali.

X'qed tagħmel l-UE biex tiżviluppa aktar is-swieq kapitali tagħha

Tibni rabta aħjar bejn il-kumpaniji u l-investituri.

Tagħti opportunitajiet ta' investiment għall-investituri bl-imnut.

Issaħħaħ it-trasparenza tas-suq u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi.

Iżżid il-kompetittività dinjija tal-UE.

Ittejjeb l-aċċess tal-kumpaniji għall-finanzjament u tiżgura l-protezzjoni tal-investituri.

Tagħti s-setgħa liċ-ċittadini permezz tal-litteriżmu finanzjarju.

L-UE ġabet magħha diversi miżuri leġiżlattivi biex tkompli tiżviluppa u tintegra s-swieq kapitali Ewropej. Dawn ġew introdotti f'pakketti u inizjattivi suċċessivi li jindirizzaw oqsma differenti tas-suq uniku għall-kapital.

L-istorja dwar kif inbniet unjoni tas-swieq kapitali

L-isforzi biex jiġi stabbilit suq uniku għall-kapital bdew bit-Trattat ta' Ruma aktar minn 60 sena ilu. Il-ħidma f'dan il-qasam intensifikat fis-snin 90 u 2000, waqt li l-moviment liberu tal-kapital sar wieħed mill-erba' libertajiet fundamentali tas-suq uniku fl-1992.

  • 1958

    • It-Trattat ta' Ruma

      Sforzi inizjali biex jiġi stabbilit suq uniku għall-kapital.

  • 1992

    • It-Trattat ta' Maastricht

      Iħaddan il-moviment liberu tal-kapital bħala waħda mill-erba' libertajiet fundamentali tas-suq uniku.

  • 1999

    • Introduzzjoni tal-euro

  • 1999

    • Pjan ta' Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji

      L-ewwel sforz komprensiv biex jinħoloq suq uniku għas-servizzi finanzjarji.

  • 2015

    • Tnedija tal-inizjattiva biex tinbena unjoni tas-swieq kapitali (CMU)

      L-ewwel pjan ta' azzjoni għas-CMU jinkludi miżuri biex jinħoloq suq uniku verament integrat għall-kapital sal-2019.

  • 2020

    • Pjan ta' azzjoni għas-CMU

      L-element kostitwenti li jmiss fit-tentattiv tal-UE biex tibni suq uniku għall-kapital.

  • 2021

    • L-ewwel pakkett tal-unjoni tas-swieq kapitali

      Fih miżuri li jiżguraw aċċess aħjar għad-data, u regoli ta' investiment imġedda.

  • 2021

    • Il-pakkett ta' rkupru tas-swieq kapitali

      Fih emendi mmirati biex tiġi ffaċilitata r-rikapitalizzazzjoni tal-kumpaniji tal-UE fis-swieq finanzjarji wara l-kriżi tal-COVID-19.

  • 2022

    • It-tieni pakkett tal-unjoni tas-swieq kapitali

      Iġib miegħu proposti leġiżlattivi dwar is-servizzi tal-ikklirjar, l-insolvenza u r-regoli tal-elenkar.

Il-futur tas-swieq kapitali Ewropej

F'konformità mal-pożizzjoni tal-UE bħala l-akbar suq uniku fid-dinja, il-biċċa l-kbira tal-miżuri proposti ġew adottati. Minkejja dan, jeħtieġ li jsir aktar biex tinħoloq ekosistema tas-swieq kapitali Ewropej b'saħħitha.

Il-grupp tal-Euro identifika x'jeħtieġ li jsir biex jikkomplementa l-ħidma leġiżlattiva li għaddejja sabiex tinbena unjoni tas-swieq kapitali.

Lenti fuq il-karti tal-flus tal-euro u grafika tas-suq tal-istokks fl-isfond

L-aħħar spjegazzjonijiet

Grafika stilizzata li turi bozza b'ger fuq ġewwa fuq ix-xellug u binja uffiċċji għoli fuq il-lemin, konnessi b'linja blu tiela' 'l fuq.
Nagħtu spinta lill-kompetittività tal-UE: it-triq 'il quddiem

Nagħtu spinta lill-kompetittività tal-UE: it-triq 'il quddiem

Dijagramma ċirkolari li tixbah boxxla, b'diversi saffi konċentriċi. L-isfond jikkonsisti fi grilja u linji ħfief ta' graff finanzjarju.
Boxxla għall-Kompetittività

Boxxla għall-Kompetittività

Il-pakkett tal-unjoni tas-swieq kapitali għall-2021

Il-pakkett tal-unjoni tas-swieq kapitali għall-2021

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' April 2026