- Summit Soċjali Tripartitiku
Summit Soċjali Tripartitiku, 08/03/2017, 8 ta' Marzu 2017
It-tema prinċipali tas-Summit Soċjali Tripartitiku kienet "Il-futur tal-Ewropa: inħejju t-triq lejn it-tkabbir, l-impjiegi u s-sens ta' ġustizzja".
Id-diskussjonijiet iffokaw fuq dawn it-tliet suġġetti:
- kif nagħmlu x-xogħol irodd bħala mezz biex jiġu promossi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali,
- forom ġodda ta’ xogħol u l-futur tal-industrija
- il-Pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali u r-rwol tas-sħab soċjali.
"Jenħtieġ li jintużaw l-għodod ta' politika kollha sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali. L-istituzzjonijiet tal-UE, l-istati membri u s-sħab soċjali kollha jridu jaħdmu fi sħubija sabiex jissalvagwardjaw l-irkupru ekonomiku u biex jiżguraw futur aħjar għaċ-ċittadini tagħna tal-UE."
Donald Tusk u Jean-Claude Juncker fl-ittra ta’ stedina
- Ittra ta’ stedina għas-Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi, 2 ta’ Marzu 2017
- Nota ta' informazzjoni - Summit Soċjali
X'inhu s-Summit Tripartitiku?
Is-Summit Soċjali Tripartitiku huwa forum għal djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-UE fil-livell ta' presidenti u s-sħab soċjali Ewropej fl-ogħla livell ta' tmexxija. Is-summit huwa kopresedut mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kap ta' Stat jew ta' Gvern tal-presidenza b'rotazzjoni; din id-darba dan tal-aħħar ser ikun il-Prim Ministru Malti. L-impjegaturi huma rappreżentati minn BusinessEurope, miċ-Ċentru Ewropew għal Min Iħaddem u għall-Intrapriżi li jipprovdu Servizzi Pubbliċi (CEEP) u mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (UEAPME). It-trade unions huma rappreżentati mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC).
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Beatriz Navarro Deputy spokesperson for the European Council President
- +32 471 33 22 92
- +32 2 281 51 50
-
Maria Tomasik Spokesperson for the European Council President
- +32 470 88 23 83
- +32 2 281 51 50
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
Laqgħat oħra: Summit Soċjali Tripartitiku
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 3 ta' Frar 2025