Skip to content
  • Summit Internazzjonali

Summit UE-Kanada, Ottawa, 26/09/2014, 26 ta' Settembru 2014

Fis-26 ta' Settembru, is-Sur Van Rompuy, President tal-Kunsill Ewropew, u s-Sur Barroso, President tal-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentaw lill-UE fis-summit UE-Kanada.

Il-laqgħa ġiet ospitata mill-Prim Ministru tal-Kanada is-Sur Harper f'Ottawa.  

Żvilupp ġdid fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Kanada

Is-summit iċċelebra l-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim dwar Sħubija Strateġika (SPA) u l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA).

L-SPA jolqot numru ta' oqsma prijoritarji reċiproċi, inklużi l-enerġija, is-sigurtà, l-innovazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-mexxejja kkondividew ukoll il-viżjoni tagħhom għal sħubija strateġika msaħħa u ddiskutew l-interessi komuni tal-UE u l-Kanada dwar kwistjonijiet ewlenin tal-politika barranija.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025