Skip to content

Kronoloġija - Programm Erasmus+

The mobility of learners and staff is core to the Erasmus+ programme.

  • 2021

    13 ta' April

    Erasmus+ 2021-2027: adottat

    Ir-regolament dwar l-Erasmus ġie adottat mill-Kunsill u l-Parlament.

  • 2020

    11 ta' Diċembru

    Erasmus+ 2021-2027: ftehim proviżorju

    Il-presidenza Ġermaniża tal-Kunsill u t-tim tan-negozjati tal-Parlament Ewropew kisbu ftehim proviżorju dwar il-programm Erasmus+.

  • 2018

    26 ta' Novembru

    Erasmus+ 2021-2027

    Illum, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali parzjali) dwar il-programm Erasmus+ għall-2021-2027. Ir-regolament propost ser jespandi l-offerta ta' opportunitajiet ta' tagħlim fl-Ewropa u lil hinn minnha lil aktar persuni meta mqabbla mal-perjodu attwali. Ser ikun estiż ukoll biex jinkludi l-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

  • 2018

    30 ta' Mejju

    Proposta għal Erasmus+

    Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għall-programm Erasmus+ il-ġdid għall-2021-2027.

  • 2018

    15 ta' Frar

    Programm Erasmus+

    Il-ministri għall-edukazzjoni kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ u l-orjentazzjonijiet futuri għal wara l-2020. Il-miżuri li ffukaw fuqhom jinkludu:

    • li titħeġġeġ parteċipazzjoni akbar fil-programm, b'mod partikolari mir-reġjuni periferiċi u mir-reġjuni li għadhom lura mil-lat soċjoekonomiku, kif ukoll firxa akbar ta' parteċipanti
    • li jingħata kontribut biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa għall-innovazzjoni billi jiġu attratti t-talent u l-kreattività
  • 2017

    14 u 15 ta' Diċembru

    Edukazzjoni u kultura

    Matul il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru li għadda, il-mexxejja Ewropej appellaw lill-istati membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex "iżidu l-mobbiltà u l-iskambji, inkluż permezz ta' programm Erasmus+ sostanzjalment imsaħħaħ, inklużiv u estiż".

  • 2017

    17 ta' Novembru

    Edukazzjoni u kultura

    Donald Tusk ippresieda l-ewwel dibattitu fl-Aġenda tal-Mexxejja f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru, bl-għan li jissaħħu l-isforzi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura. Bħala segwitu għal dan id-dibattitu, il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru adotta konklużjonijiet dwar l-edukazzjoni u l-kultura, filwaqt li stabbilixxa prijoritajiet bħal aktar skambji Erasmus u studji tal-lingwa.

  • 1987

    15 ta' Ġunju

    Mobbiltà tal-istudenti universitarji

    Il-Kunsill adotta deċiżjoni biex jippromwovi l-mobbiltà tal-istudenti u kooperazzjoni akbar bejn l-universitajiet.

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025