"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport dwar l-edukazzjoni, 15/02/2018, 15 ta' Frar 2018

Riżultati ewlenin

Programm Erasmus+

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ u l-orjentazzjonijiet futuri għal wara l-2020. Il-ministri ffukaw fuq miżuri li jinkoraġġixxu parteċipazzjoni usa' fil-programm, b'mod partikolari mir-reġjuni periferiċi u mir-reġjuni li soċjoekonomikament baqgħu lura, kif ukoll firxa akbar ta' parteċipanti. Huma ddiskutew ukoll kif il-programm jista' jagħti kontribut aktar effikaċi biex isaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa għall-innovazzjoni billi jattira t-talent u l-kreattività.

Tul dawn l-aħħar 30 sena, Erasmus+ kien wieħed mill-aktar programmi tal-UE magħrufa, rinomati u ta' suċċess u appoġġa aktar minn 9 miljun persuna fl-Ewropa biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet professjonali u personali tagħhom, u saħħaħ l-identità u l-valuri Ewropej. Id-dibattitu ministerjali tagħna jimlini kunfidenza li anke wara l-2020; il-programm ser ikompli jagħti opportunitajiet lill-Ewropej biex jistudjaw, jitħarrġu u jiksbu esperjenza u għarfien barra minn pajjiżhom. Krasimir Valchev, President tal-Kunsill, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Bulgarija

Edukazzjoni

Il-ministri ddiskutew kif imexxu 'l quddiem l-aspetti marbutin mal-edukazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru. Il-Kunsill irrifletta dwar kif għandha tiġi żviluppata l-ħidma biex jitwettqu inizjattivi bħal "Universitajiet Ewropej", it-tagħlim tal-lingwi, ir-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi u l-"Kard Ewropea tal-Istudenti". Kien hemm ukoll skambju ta' fehmiet dwar dawk il-miżuri b'enfasi fuq id-diġitalizzazzjoni u l-ħtieġa tat-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni u t-taħriġ innovattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025