- Aħbarijiet
- 12 ta' Awwissu 2022 10:40
Nirien fil-foresti: L-UE tkompli timmobilizza l-assistenza għal Franza u pajjiżi oħra
L-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma' staġun intens ħafna tan-nirien fil-foresti fl-2022, b'għadd akbar ta' nirien u żoni akbar maħruqa milli fis-snin preċedenti.
Il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili qed jidderieġi l-appoġġ biex jgħin fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti fi Franza u f'pajjiżi Ewropej oħra.
Wara talbiet mill-Albanija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Portugall u s-Slovenja, l-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħha mobilizzaw:
- ajruplani mill-flotta #rescEU bbażata fil-Kroazja, Franza, il-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Iżvezja
- timijiet tat-tifi tan-nar, fosthom pumpiera, vetturi tal-emerġenza u ħelikopters
Barra minn hekk, is-satellita ta' emerġenza Copernicus tal-UE qed tgħin biex tipprovdi mapep ta' valutazzjoni tal-ħsara taż-żoni milquta.
Iċ-ċentru ta' koordinazzjoni tar-reazzjoni f'każ ta' emerġenza tal-UE miftuħ il-ħin kollu qiegħed f'kuntatt regolari mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex jissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni u jidderieġi l-assistenza tal-UE.
Skopri kif jaħdem il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili:
L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024