Skip to content
  • Aħbarijiet
  • 24 ta' Lulju 2023 11:45

Nirien fil-foresti fil-Greċja: l-UE timmobilizza l-assistenza għat-tifi tan-nar

Il-Greċja bħalissa qed tiffaċċa staġun intens ħafna ta' nirien mhux ikkontrollati hekk kif il-pajjiż għaddej mill-itwal mewġa ta' sħana fl-istorja rreġistrata tiegħu.

Il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili qed jagħti appoġġ biex jgħin fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti.

Wara talba mill-awtoritajiet Griegi, l-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħha mmobilizzaw:

  • ajruplani mill-flotta #rescEU bbażata fi Franza u l-Italja
  • timijiet tat-tifi tan-nar, inkluż vetturi ta' emerġenza, ħelikopters u mijiet ta' ħaddiema tat-tifi tan-nar

Barra minn hekk, is-satellita ta' emerġenza Copernicus tal-UE qed tgħin biex tipprovdi mapep ta' valutazzjoni tal-ħsara taż-żoni milquta.

Iċ-ċentru ta' koordinazzjoni tar-reazzjoni f'każ ta' emerġenza tal-UE attiv il-ħin kollu qiegħed f'kuntatt regolari mal-awtoritajiet Griegi biex jissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni u jidderieġi l-assistenza tal-UE.

Skopri kif jaħdem il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili:

L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024