Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 26 ta' Mejju 2015 22:45

Konklużjonijiet tal-Kunsill - Rapport Annwali 2015 lill-Kunsill Ewropew dwar il-Miri tal-UE ta' Għajnuna għall-Iżvilupp

  1. Il-Kunsill jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-informazzjoni preliminari dwar l-Għajnuna Uffiċjali tal-UE għall-Iżvilupp (ODA) tal-2014, li tanalizza t-tendenzi fir-rigward tal-impenji kollettivi u individwali tal-UE għall-ODA. Il-Kunsill jenfasizza li l-ODA hija element importanti u katalitiku fil-finanzjament ġenerali disponibbli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma l-aktar fil-bżonn.

  2. Fis-17 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kunsill jagħmel rapport annwali dwar l-impenji u l-għoti ta' ODA min-naħa tal-UE u tal-Istati Membri. Dan huwa l-ħames rapport ta' dan it-tip ippreżentat lill-Kunsill Ewropew.

 

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024