- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 26/05/2015, 26 ta' Mejju 2015
Riżultati ewlenin
Dak li qbilna dwaru llum huwa bażi soda għal azzjoni tal-UE u r-rwol tagħha ta' tmexxija fil-proċess ta’ negozjati li jmiss. Huwa sinjal ċar tal-impenn tal-UE għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli globali” Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini
Aġenda għall-iżvilupp wara l-2015
Il-ministri tal-UE għall-iżvilupp kellhom skambju ta’ fehmiet dwar il-finanzjament għall-iżvilupp fil-kuntest tan-negozjati dwar l-aġenda ġdida għall-iżvilupp wara l-2015.
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jistabbilixxu l-pożizzjoni tal-UE għall-konferenza dwar il-finanzjament għall-iżvilupp f’Lulju u s-summit tan-NU f’Settembru dwar l-aġenda għall-iżvilupp wara l-2015.
Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, qalet: “Dak li qbilna dwaru llum huwa bażi soda għal azzjoni tal-UE u r-rwol tagħha ta' tmexxija fil-proċess ta’ negozjati li jmiss." Il-Kunsill ġedded l-impenn kollettiv tiegħu li jilħaq il-mira ta’ 0.7% tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) / tad-dħul nazzjonali gross (DMG) fil-perijodu ta' żmien tal-aġenda ta' wara l-2015. “Huwa sinjal ċar tal-impenn tal-UE għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli globali”, żiedet tgħid ir-Rappreżentant Għoli.
Migrazzjoni
Il-Kunsill iddiskuta il-kwistjonijiet interrelatati tal-migrazzjoni u l-iżvilupp, bħala segwitu għall-Kunsill Ewropew straordinarju tat-23 ta’ April.
L-approċċ komprensiv tal-UE jinkludi ħidma dwar il-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni irregolari. L-UE hija impenjata li ssaħħaħ il-ħidma dwar ir-rabtiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp filwaqt li tkompli tindirizza l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u r-riżoluzzjoni tal-konflitti fil-pajjiżi tal-oriġini.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Konklużjonijiet tal-Kunsill - Rapport Annwali 2015 lill-Kunsill Ewropew dwar il-Miri tal-UE ta' Għajnuna għall-Iżvilupp - 26/05/2015
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sessi fl-Iżvilupp - 26/05/2015
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Sħubija Globali Ġdida għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015 - 26/05/2015
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025