Skip to content
  • Summit Internazzjonali
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 11 ta' Ġunju 2015 15:30

Dikjarazzjoni politika, dikjarazzjoni ta’ Brussell u l-pjan ta’ azzjoni tat-tieni summit UE-CELAC

Aħna, il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC), u l-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, iltqajna fi Brussell, fl-10 u l-11 ta’ Ġunju 2015, għat-tieni summit EU-CELAC, it-tmien laqgħa bireġjonali tagħna, bit-tema "Insawru l-futur komuni tagħna: naħdmu biex ikollna soċjetajiet prosperi, koeżivi u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħna".

Bħala espressjoni tad-determinazzjoni komuni tagħna sabiex insaħħu aktar ir-relazzjoni tagħna, napprofondixxu d-djalogu tagħna u minħabba l-importanza li nagħtu lill-assoċjazzjoni strateġika bireġjonali, adottajna Dikjarazzjoni dwar is-'Sħubija għall-ġenerazzjoni li jmiss'.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024