- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 12 ta' Mejju 2016 13:25
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Katini ta’ Valur Mondjali Responsabbli
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar katini ta’ valur mondjali responsabbli (GVCs). L-UE jista’ jkollha impatt pożittiv fuq l-iżvilupp sostenibbli billi tippromwovi ġestjoni responsabbli tal-GVCs, billi tagħmilhom sostenibbli u inklużivi, konformi mal-objettiv tal-UE biex tiżgura li t-tkabbir ekonomiku inklużiv huwa żviluppat flimkien mal-ġustizzja soċjali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-istandards fundamentali tax-xogħol u l-prattiki ambjentali sostenibbli. Il-Kunsill issottolinja notevolment l-importanza li jimpenja ruħu mas-settur privat dwar dawn il-kwistjonijiet.
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024