"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 12/05/2016, 12 ta' Mejju 2016

Riżultati ewlenin

Sitt xhur wara s-Summit tal-Belt Valletta, ħadna rendikont tal-approċċ kombinat tagħna, l-UE u l-istati membri flimkien, mal-pajjiżi sħab tagħna. Permezz ta' djalogi ta' livell għoli dwar il-migrazzjoni b'mod partikolari, qed nibdew naraw riżultati, fi sħubija ta' benefiċċju għal kulħadd - il-pajjiżi ta' oriġini, ta' transitu u ta' destinazzjoni. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Migrazzjoni u żvilupp

Il-ministri kkonċentraw fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-Belt Valletta sitt xhur wara l-adozzjoni tiegħu. Huma ħadu nota tal-istat attwali tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika. Diġà ġew approvati proġetti li jiswew aktar minn EUR 750 miljun favur ir-reġjuni tas-Saħel u tal-Lag Chad, kif ikoll il-Qarn tal-Afrika.

Huma analizzaw ukoll l-istat attwali tad-djalogi ta' livell għoli mal-pajjiżi sħab. Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-persuni mċaqilqa internament u ċ-ċaqliq furzat, u kellu skambju ta' fehmiet dwar kif l-aħjar jingħataw appoġġ ir-refuġjati u l-persuni mċaqilqa fi kriżijiet li jdumu.

Reviżjoni tal-kunsens Ewropew għall-iżvilupp

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-kunsens Ewropew għall-iżvilupp fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli, u żewġ diskussjonijiet tematiċi, waħda fuq l-ipprogrammar konġunt u l-oħra fuq l-impenn tas-settur privat.

Ir-Rappreżentant Għoli enfasizzat li l-UE għandha tkompli tkun viżibbli u impenjata fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030. Hija saħqet ukoll fuq l-importanza li naħdmu flimkien - l-UE u l-istati membri flimkien - biex l-istrumenti tal-iżvilupp isiru aktar effettivi fuq il-post. L-impenn tal-lum tal-Kunsill biex iżid l-ipprogrammar konġunt tal-assistenza fl-iżvilupp tal-UE u l-istati membri huwa progress kbir f'dan ir-rigward.

Afganistan

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri għall-iżvilupp tal-UE ngħaqdu mal-Ministru għall-Finanzi Afgan, Eklil Ahmad Hakimi. Il-Ministru Hakimi ppreżenta l-qafas nazzjonali għall-iżvilupp Afgan ġdid li jiddeskrivi l-aġenda tal-gvern għar-riforma qabel il-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan fil-5 ta' Ottubru 2016. Il-ministri laqgħu l-progress li sar fir-riformi u inkoraġġew it-tkomplija tal-implimentazzjoni rapida tagħhom. Ir-Rappreżentant Għoli enfasizzat l-impenn kontinwu tal-UE fl-Afganistan, kemm politikament kif ukoll finanzjarjament b'livell għoli ta' assistenza għall-iżvilupp ta' EUR 200 miljun fis-sena sal-2020.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024