Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 20 ta' Ġunju 2016 10:25

Komunità tal-Afrika tal-Lvant: L-UE ser tiffirma ftehim ta’ sħubija ekonomika mal-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija u l-Uganda

Fl-20 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill awtorizza, f’isem l-UE, l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim ta’ sħubija ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC). Il-Komunità tal-Afrika tal-Lvant tinkludi l-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija u l-Uganda.

Il-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika huma maħsuba biex isaħħu l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP). Huma bbażati fuq il-prinċipju tal-ftuħ asimetriku tas-suq, jiġifieri jipprovdu aċċess aħjar għas-suq tal-UE lis-sħab tal-AKP. B’mod partikolari, joffru opportunitajiet tas-suq mingħajr preċedent għall-prodotti agrikoli u tas-sajd. L-FSE jieħdu post ir-reġim ta’ aċċess għas-suq preċedenti ta’ preferenzi unilaterali għall-pajjiżi tal-AKP.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024