"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 20/06/2016, 20 ta' Ġunju 2016

Riżultati ewlenin

Bid-diskussjoni tagħna dwar is-Saħel u d-deċiżjoni dwar l-estensjoni ta’ EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, aħna nibqgħu kkonċentrati ħafna fuq il-ħidma tagħna fuq il-migrazzjoni u biex inkomplu niġġieldu kontra l-faċilitaturi tad-dħul klandestin ta’ persuni u t-traffikanti tal-bnedmin. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Is-Saħel

Il-Kunsill iddiskuta l-approċċ komprensiv tal-UE għas-sigurtà u l-iżvilupp fir-reġjun tas-Saħel u adotta konklużjonijiet.

Il-Ministri ddiskutew kif jistgħu jissaħħu aktar id-djalogu politiku u s-sħubija mal-pajjiżi tal-G5 dwar is-sigurtà,il-migrazzjoni u l-iżvilupp, inkluż possibbilment permezz tat-tisħiħ tad-dimensjoni reġjonali tal-missjonijiet li għaddejjin EUCAP Sahel Mali u EUCAP Sahel Niger u l-operazzjoni EUTM Mali.

Ir-Rappreżentat Għoli tat informazzjoni lill-ministri dwar il-laqgħa ministerjali tal-G5 Saħel li saret fi Brussell fis-17 ta’ Ġunju u l-laqgħa tagħha fil-marġini mal-Libja, iċ-Chad u n-Niġer dwar il-ġestjoni tal-fruntieri. Hija tat informazzjoni wkoll dwar il-ħidma li għaddejja fuq l-oqfsa ta’ sħubija, li fis-Saħel jikkonċernaw il-Mali u n-Niġer. Il-ministri ngħataw informazzjoni wkoll dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika, li laħaq total ta’ EUR 2.3 biljun tal-fondi tal-UE, u li fil-qafas tiegħu EUR 530 miljun diġà ġew iddedikati għal proġetti fir-reġjun tas-Saħel. Matul id-diskussjoni, il-ministri enfasizzaw ukoll l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta’ paċi tal-Mali, eżattament sena wara l-iffirmar tiegħu.

EUNAVFOR MED Operazzjoni Sophia

Il-Kunsill estenda sas-27 ta’ Lulju 2017 il-mandat ta' EUNAFOR MED Operazzjoni Sophia, li hija l-operazzjoni navali tal-UE li tfixkel il-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi tad-dħul klandestin ta’ persuni u t-traffikanti tal-bnedmin fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali. Il-Kunsill saħħaħ ukoll il-mandat tal-operazzjoni biż-żieda ta' żewġ kompiti ta' appoġġ: it-taħriġ tal-gwardji tal-kosta u l-flotta navali Libjani u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-embargo tan-NU fuq l-armi fuq l-ibħra miftuħa ’l barra mill-kosta tal-Libja.

Proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar il-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, fid-dawl tal-laqgħa ministerjali dwar inizjattiva ta’ paċi fil-Lvant Nofsani li saret f’Pariġi fit-3 ta’ Ġunju 2016. Il-ministri ngħataw informazzjoni mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għal-Lvant Nofsani Fernando Gentilini, li b’mod partikolari ta informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tar-rapport li jmiss tal-Kwartett.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025