Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 17 ta' Ottubru 2016 13:15

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tuneżija

Il-Kunsill iddiskuta t-Tuneżija u adotta konklużjonijiet dwar il-komunikazzjoni konġunta mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni Ewropea "Insaħħu l-appoġġ tal-UE għat-Tuneżija".

Il-ministri ddiskutew kif għandu jissaħħaħ l-appoġġ tal-UE għall-isforzi tat-Tuneżija biex tindirizza l-isfidi kritiċi tagħha u tippromwovi l-istabbiltà fit-tul, ir-reżiljenza, il-governanza tajba, l-iżvilupp soċjoekonomiku u s-sigurtà. Il-Kunsill irrikonoxxa l-progress importanti li nkiseb s'issa iżda wkoll l-isfidi li l-pajjiż qiegħed jiffaċċja.

Il-Kunsill tenna l-impenn qawwi tiegħu favur il-poplu u l-gvern tat-Tuneżija biex jappoġġa t-transizzjoni li nbdiet fl-2011 għal-libertà, id-demokrazija, id-dinjità u l-ġustizzja soċjali. Il-Kunsill appoġġa b'mod partikolari żieda fl-assistenza finanzjarja tal-UE sa livell ta' € 300 miljun għall-2017, u ż-żamma ta' livell għoli ta' finanzjament sal-2020, abbażi tal-progress tar-riformi mħabbra fil-pjan ta' żvilupp strateġiku tal-gvern tat-Tuneżija.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024