Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 14 ta' Novembru 2016 10:50

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-UE kollha biex tiġi appoġġata r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà

Il-Kunsill approva l-komunikazzjoni konġunta “Elementi għal qafas strateġiku għall-UE kollha biex tiġi appoġġata r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS)”. Il-Kunsill appella lill-atturi kollha tal-UE għal implimentazzjoni rapida tal-Qafas tal-EU għar-RSS.

Ir-RSS tipprovdi s-sisien li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' kontroll demokratiku effettiv u t-teħid tar-responsabbiltà mis-settur tas-sigurtà u għaldaqstant hija rilevanti fil-kuntesti kollha - inkluż dawk stabbli - għat-titjib tal-governanza u tas-sigurtà tal-bnedmin, u tul iċ-ċiklu kollu tal-konflitti.

Ir-RSS hija komponent ewlieni ta' prevenzjoni ta' konflitti billi tindirizza kemm fatturi potenzjali ta' kriżi, kif ukoll il-ġestjoni tal-kriżijiet u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, l-istabbilizzazzjoni ta' wara konflitt, il-bini tal-paċi u l-bini tal-istat billi jerġgħu jiddaħħlu istituzzjonijiet tas-sigurtà responsabbli u jerġgħu jiġu stabbiliti servizzi tas-sigurtà effettivi għall-popolazzjoni, u b'hekk jinħoloq ambjent għall-iżvilupp sostenibbli u l-paċi.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024