- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 14-15/11/2016, 14 u 15 ta' Novembru 2016
Riżultati ewlenin
14 ta' Novembru
Sigurtà u difiża
Il-ministri tal-affarijiet barranin kellhom sessjoni konġunta mal-ministri għad-difiża fuq il-pjan ta’ implimentazzjoni għas-sigurtà u d-difiża skont l-istrateġija globali tal-UE. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li stipulaw il-livell ta’ ambizzjoni u t-triq ’il quddiem tal-iżvilupp futur tal-politika ta’ sigurtà u difiża tal-UE.
“Il-pjan ta’ implimentazzjoni għas-sigurtà u d-difiża u l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill huma l-aqwa garanzija li nagħtu liċ-ċittadini tagħna u s-sħab tagħna b’rabta mas-sigurtà u d-difiża. Hija l-Ewropa fl-aħjar tagħha: meta nagħmlu l-affarijiet flimkien, nagħmluhom aħjar”
Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sigurtà u d-difiża
- Pjan ta’ implimentazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża
It-Turkija
Il-Ministri tennew it-tħassib tagħhom dwar l-i reċenti fit-Turkija kif stipulati mir-Rappreżentant Għoli fid-dikjarazzjoni tagħha f’isem l-UE tat-8 ta’ Novembru 2016. Fid-dibattitu tagħhom, huma enfasizzaw partikolarment kunsiderazzjonijiet imġedda inkwetanti mit-Turkija li tintroduċi abbozz ta’ liġi fil-Parlament biex terġa’ tiddaħħal il-piena tal-mewt. Huma ssottolinjaw ukoll li t-Turkija hija sieħeb ewlieni tal-UE fl-oqsma tal-ekonomija, is-sigurtà, il-migrazzjoni u l-politika barranija, b’mod partikolari fir-rigward tas-Sirja u l-Iraq. Il-Kunsill ifakkar fil-kundanna mill-UE tal-attentat ta’ kolp ta’ stat tal-15 ta’ Lulju. Filwaqt li għarfu l-ħtieġa li t-Turkija tieħu azzjoni proporzjonata, il-ministri fakkru wkoll li, bħala pajjiż kandidat, it-Turkija hija mistennija żżomm l-ogħla standards ta’ demokrazija, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali u d-dritt ta’ kulħadd għal proċess ġust. Il-ministri tal-UE qablu dwar l-importanza li jissokta d-djalogu politiku mat-Turkija fuq il-livelli kollha.
Il-Viċinat tan-Nofsinhar
Il-ministri ddiskutew il-Viċinat tan-Nofsinhar, b’attenzjoni speċjali fuq is-Sirja. Ir-Rappreżentant Għoli għarrfet lill-Kunsill bl-isforzi li għamlet dan l-aħħar biex tinvolvi ruħha ma’ atturi ewlenin fir-reġjun, f’konformità mal-mandat tal-Kunsill Ewropew u b’appoġġ sħiħ għall-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU Staffan de Mistura. Ir-Rappreżentant Għoli rreferiet, b’mod partikolari, għall-aħħar żjarat tagħha fl-Iran fid-29 ta’ Ottubru u fl-Arabja Sawdija fil-31 ta’ Ottubru. Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-Iran, li ġew adottati mingħajr dibattitu, il-Kunsill laqa’ dan l-involviment u stieden lir-Rappreżentant Għoli tkompli l-ħidma tagħha. Il-Kunsill esprima t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fit-tensjonijiet fir-reġjun, u appella għal ambjent reġjonali aktar kostruttiv, kif ukoll tmiem għall-vjolenza fis-Sirja u appoġġ biex jerġa' jinbeda proċess politiku.
Il-Kunsill adotta wkoll deċiżjoni li żżid 17-il ministru u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja ma’ dawk soġġetti għal sanzjonijiet imposti kontra r-reġim Sirjan minħabba r-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili.
Sħubija tal-Lvant
Il-Kunsill iddiskuta l-istat tar-relazzjonijiet multilaterali u bilaterali attwali mas-sitt pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant - l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna. Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-implimentazzjoni tas-Sħubija, kif ukoll riżultati possibbli li jistgħu jinkisbu fl-2017, b’mod partikolari bil-ħsieb tas-Summit li jmiss tas-Sħubija tal-Lvant f'Novembru 2017 fi Brussell.
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-Sħubija tal-Lvant.
15 ta' Novembru (difiża)
Kooperazzjoni UE-NATO
Il-Kunsill kellu diskussjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg. Il-ministri għad-difiża evalwaw il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija globali tal-UE dwar is-sigurtà u d-difiża u tad-dikjarazzjoni konġunta tal-UE u n-NATO. Ir-Rappreżentant Għoli u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO taw informazzjoni dwar il-ħidma li għaddejja f’dan ir-rigward, fejn qed jiġu żviluppati 40 proposta konkreta f’seba’ oqsma identifikati fid-dikjarazzjoni konġunta biex tiġi intensifikata l-kooperazzjoni. Il-proposti huma mistennija li jiġu ppreżentati u adottati fil-Kunsilli rispettivi taż-żewġ organizzazzjonijiet fil--bidu ta’ Diċembru. Il-ministri tal-UE ssottolinjaw il-ħtieġa għal koordinazzjoni u komplementarjetà komprensivi bejn l-UE u n-NATO u l-impenn tal-UE għal relazzjoni transatlantika b’saħħitha.
Operazzjonijiet tal-PSDK
Il-Kunsill imbagħad iddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-operazzjonijiet tal-PSDK, b’attenzjoni speċjali fuq is-sitwazzjoni fil-Libja u l-Mediterran. Is-SĠ tan-NATO wkoll kien preżenti għal din id-diskussjoni. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-operazzjoni navali tal-UE biex tiġġieled kontra dawk li jiffaċilitaw id-dħul klandestin u t-traffikanti fil-Mediterran Ċentrali, EUNAVFOR MED Operation Sophia, u l-Operazzjoni tan-NATO Sea Guardian dwar l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-loġistika kienet ta’ rilevanza partikolari.
Ir-Rappreżentant Għoli aġġornat lill-ministri wkoll dwar iż-żewġ rwoli ta’ appoġġ ta’ EUNAVFOR MED Operation Sophia. Bħalissa għaddej it-taħriġ u l-għoti ta’ gwida ta’ 78 gwardjan tal-kosta imbarkat tal-Forza Navali Libjana u tal-Forza Navali. L-operazzjoni qed tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-embargo tan-NU fuq l-armi fl-ibħra miftuħa ’l barra mix-xatt tal-Libja skont ir-riżoluzzjoni 2292 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, hekk kif diġà għamlet l-ewwel spezzjoni ta’ dgħajjes fi ħdan dan il-qafas fl-14 ta’ Settembru 2016, wara li vverifikat seba’ bastimenti tal-merkanzija u staqsiet dwar 122 fi ħdan dan il-qafas.
- EU NAVFOR Med (EEAS)
- It-tiftix ta’ soluzzjonijiet għal pressjonijiet migratorji (informazzjoni ġenerali)
Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża
Quddiem il-Kunsill, il-ministri għad-difiża ltaqgħu fil-format tal-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, taħt il-presidenza ta’ Federica Mogherini bħala l-kap tal-aġenzija. Jipparteċipaw l-Istati Membri kollha ħlief id-Danimarka. Il-ministri ddiskutew u approvaw il-baġit ġenerali tal-aġenzija għall-2017, li żdied għall-ewwel darba mill-2010 ’l hawn, u laħaq il-EUR 31 miljun.
Streaming dirett, filmati u ritratti
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Programm indikattiv - Kunsill Affarijiet Barranin tal-14 u l-15 ta’ Novembru 2016
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Barranin, 14-15 ta’ Novembru 2016
- Informazzjoni ta' sfond
- Addendum 1 għal-lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Barranin, 14-15 ta' Novembru 2016
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Barranin, 14-15 ta' Novembru 2016
- Lista ta’ parteċipanti - 14 ta’ Novembru 2016
- List of participants - 15 November 2016
Stqarrijiet għall-istampa
- Konklużjonijiet tal-Kunsill - Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali
- 15/11/2016
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija globali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża
- 14/11/2016
- Sirja: l-UE żżid 17-il ministru u Gvernatur tal-Bank Ċentrali mal-lista ta’ sanzjonijiet
- 14/11/2016
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sħubija tal-Lvant
- 14/11/2016
- L-UE ser tniedi negozjati dwar ftehim ġdid mal-Ażerbajġan
- 14/11/2016
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-UE kollha biex tiġi appoġġata r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà
- 14/11/2016
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Iran
- 14/11/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025