Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 15 ta' Novembru 2016 10:30

Konklużjonijiet tal-Kunsill - Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jilqgħu tajjeb il-Ħames Konferenza ta’ Reviżjoni li jmiss tal-Konvenzjoni dwar il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti armi konvenzjonali li jistgħu jitqiesu li huma ta’ ħsara eċċessiva jew li għandhom effetti indiskriminati (CCW) li ser issir f'Ġinevra, mit-12 sas-16 ta’ Diċembru 2016.

Il-Kunsill ikkonferma li l-konferenza tirrappreżenta opportunità biex il-konvenzjoni tibqa' risponsiva għall-iżviluppi ġodda u tissaħħaħ l-implimentazzjoni tagħha.

Is-CCW hija forum internazzjonali uniku li jiġbor flimkien għarfien espert diplomatiku, legali u militari. Hi toffri mod flessibbli biex isir rispons għal żviluppi ġodda fit-teknoloġiji tal-armi u biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ parti essenzjali tad-dritt umanitarju internazzjonali li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tbatija kemm tal-popolazzjoni ċivili kif ukoll tal-kumbattenti.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024