Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 19 ta' Ġunju 2017 17:00

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija. Il-pjan ser itejjeb l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar in-natura sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom. Il-ministri esprimew appoġġ għall-pjan ta’ azzjoni tal-UE, li għandu l-għan li jindirizza diversi lakuni identifikati rigward l-implimentazzjoni permezz ta’ erba’ oqsma ta’ prijorità u 15-il azzjoni konkreta. Dawn il-konklużjonijiet juru l-impenn qawwi tal-UE biex tipproteġi l-ispeċijiet u l-ħabitats naturali u biex tagħmel progress lejn il-mira tal-UE għall-2020 li jitwaqqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema. Il-konklużjonijiet jappellaw ukoll sabiex atturi tal-UE fil-livelli kollha jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom biex jinkiseb progress tabilħaqq.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024