"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 19/06/2017, 19 ta' Ġunju 2017

Riżultati ewlenin

Ftehim ta' Pariġi

Il-Kunsill iddiskuta f’seduta pubblika l-aħħar żviluppi fil-qasam tat-tibdil fil-klima fil-livell internazzjonali. Il-ministri għall-ambjent esprimew il-fehmiet tagħhom dwar id-deċiżjoni unilaterali tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex tirtira mill-Ftehim ta’ Pariġi u laqgħu b’mod unanimu l-konklużjonijiet adottati dwar dan is-suġġett fil-Kunsill Affarijiet Barranin fl-istess jum.

Il-ministri kienu uniti biex jerġgħu jikkonfermaw l-impenn sod tagħhom għall-implimentazzjoni rapida u sħiħa ta’ dan il-ftehim globali legalment vinkolanti. Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima teħtieġ tmexxija globali responsabbli u l-UE u l-istati membri tagħha huma lesti li jassumu dak ir-rwol. Il-Kunsill Ewropew ser jiddiskuti wkoll dan is-suġġett waqt il-laqgħa ppjanata din il-ġimgħa fit-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017.

“F'dak li jirrigwarda l-azzjoni kontra t-tibdil fil-klima ma nistgħux noqogħdu nerġgħu naħsbuha. Il-futur tagħna għandu bżonn pjaneta nadifa u sostenibbli. Il-kollegi tiegħi u jien illum tennejna l-fehmiet tal-ministri għall-affarijiet barranin tagħna sabiex jiġi riaffermat li l-Ftehim ta’ Pariġi huwa adattat għall-iskop maħsub u ma jistax jerġa' jiġi nnegozjat. L-UE u l-istati membri tagħha qed jaħdmu ferm biex iħejju l-konferenza COP 23 f'Bonn f'Novembru li ġej, u issa aħna qegħdin fil-proċess li nimplimentaw bis-sħiħ il-Ftehim ta' Pariġi. Nappellaw lis-sħab globali kollha biex jagħmlu l-istess."  

Dott. José A. Herrera, Ministru ta’ Malta għall-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent u t-tibdil fil-klima 

L-UE hija impenjata li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra b'mill-inqas 40% sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-1990. Din il-mira ġiet ippreżentata f'Marzu 2015 bħala l-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-UE u l-istati membri tagħha għall-Ftehim ta’ Pariġi. Sabiex nilħqu l-mira, it-tnaqqis ser jammonta għal 43 % fis-setturi koperti mill-iskema tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (is-setturi li jaqgħu taħt l-ETS) u 30 % fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, fiż-żewġ każijiet sal-2030 meta mqabbel mal-2005. L-UE bħalissa qed taħdem biex tiġi stabbilita l-leġislazzjoni ġdida adatta.

Setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS: il-kondiviżjoni tal-isforzi u l-LULUCF

Il-Kunsill kellu dibattitu dwar iż-żewġ proposti leġislattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet f'setturi mhux koperti mill-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet: ir-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi u r-regolament dwar l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF).

Il-ministri evalwaw il-progress li sar s’issa u qasmu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet pendenti ewlenin tal-proposti, filwaqt li ffokaw fuq iż-żieda ta’ riżerva ġdida dwar is-sikurezza fir-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi u fuq l-iffissar ta' livelli referenzjarji għall-foresti fir-regolament tal-LULUCF.

Id-delegazzjonijiet ipprovdew gwida politika utli dwar it-triq ’il quddiem rigward dawn iż-żewġ aspetti. Fuq din il-bażi, ser titkompla ħidma fil-Kunsill bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar pożizzjoni ta’ negozjar qabel l-aħħar tas-sena.

“Matul il-presidenza Maltija għamilna progress sinifikanti rigward il-fajls li ma jaqgħux taħt l-ETS. Nemmen li m'aħniex 'il bogħod milli nilħqu ftehim, iżda jenħtieġu ftit aktar sforzi mill-istati membri. Issa, aktar minn qatt qabel, huwa importanti li niffokaw fuq il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE sal-2030. Hija r-responsabbiltà konġunta tagħna li nwettqu l-impenn komuni tagħna. Ninsab fiduċjuż li jista’ jintlaħaq kompromess matul il-presidenza Estonjana”.  

Dott. José A. Herrera, Ministru ta’ Malta għall-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent u t-tibdil fil-klima

Is-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS huma parti mill-istrumenti prinċipali tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u għat-twettiq tal-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Pjan ta’ azzjoni tal-UE għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija. Il-pjan ser itejjeb l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar in-natura sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom.

Il-ministri esprimew appoġġ għall-pjan ta’ azzjoni tal-UE, li għandu l-għan li jindirizza diversi lakuni identifikati rigward l-implimentazzjoni permezz ta’ erba’ oqsma ta’ prijorità u 15-il azzjoni konkreta.

Dawn il-konklużjonijiet juru l-impenn qawwi tal-UE biex tipproteġi l-ispeċijiet u l-ħabitats naturali u biex tagħmel progress lejn il-mira tal-UE għall-2020 li jitwaqqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025