Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 19 ta' Ġunju 2017 14:15

L-Iraq: il-Kunsill jadotta konklużjonijiet

Fid-dawl tal-iżviluppi reċenti, il-Kunsill iddiskuta u adotta konklużjonijiet dwar l-Iraq. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill ifaħħar lill-Gvern Iraqi tal-Prim Ministru al-Abadi u lill-forzi tas-sigurtà Iraqin għall-progress sinifikanti li għamlu fil-kampanja militari kontra d-Da'esh matul ix-xhur li għaddew. Il-Kunsill itenni wkoll l-appoġġ determinat min-naħa tiegħu favur l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Iraq.

Il-Kunsill jenfasizza l-importanza ta' proċess inklużiv ta' rikonċiljazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak lokali, u l-ħtieġa li jsir progress tanġibbli b'rabta mar-riformi politiċi li jippermettu rikonċiljazzjoni nazzjonali kompleta.

L-UE esprimiet tħassib kbir dwar is-sitwazzjoni umanitarja fl-Iraq. L-UE tibqa' impenjata b'mod sħiħ permezz tal-għajnuna umanitarja tagħha, u s'issa pprovdiet €159 miljun fl-2016 u €42 miljun fl-2017 għall-appoġġ umanitarju lill-popolazzjonijiet l-aktar milqutin mill-kunflitt.

L-UE tissottolinja l-importanza tas-sigurtà u l-istat tad-dritt għall-istabbiltà fiż-żoni meħlusa u madwar il-pajjiż kollu. Huwa essenzjali li l-aġenziji tas-sigurtà jtejbu r-relazzjoni tagħhom mal-popolazzjoni ċivili. Għal dan il-għan, l-UE u l-istati membri tagħha diġà qegħdin jipprovdu appoġġ lill-Iraq fis-settur tas-sigurtà. B'reazzjoni għat-talba mill-awtoritajiet Iraqin, l-UE qed teżamina l-possibbiltà li tiġi skjerata Skwadra tal-UE ta' Konsulenza u Assistenza għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà biex tgħin fl-isforzi ta' riforma f'kooperazzjoni ma' sħab internazzjonali oħra u b'mod koerenti magħhom.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024