Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 11 ta' Ottubru 2017 16:10

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1338[1]. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tapplika restrizzjonijiet fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ ċerti bastimenti u muturi lil-Libja li jistgħu jintużaw fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni u t-traffikar tal-bnedmin.

Il-Pajjiżi Kandidati l-Albanija*, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro* u s-Serbja*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, il-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Dawn ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.


[1] Ippubblikata fl-01.04.2017 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea nru L89, p. 10.

* L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024