- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 26 ta' Frar 2018 10:27
Drittijiet tal-bniedem: L-UE tadotta konklużjonijiet dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2018
Fis-26 ta' Frar 2017, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2018.
F’din is-sena li taħbat is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konklużjonijiet jissottolinjaw li l-Unjoni Ewropea tappoġġa bis-sħiħ il-wegħda tas-Segretarju Ġenerali tan-NU li jgħolli l-profil tad-drittijiet tal-bniedem u li jagħmel il-prevenzjoni u l-paċi sostenibbli prijorità tas-sistema tan-NU, billi jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-konflitti, inkluż billi jiġu indirizzati l-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. L-UE ttenni wkoll il-pożizzjoni qawwija tagħha li d-drittijiet tal-bniedem kollha huma universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati.
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġu adottati kull sena. Huma jagħtu l-linji ta’ azzjoni prinċipali għall-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fix-xhur ta' wara.
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024