"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 26/02/2018, 26 ta' Frar 2018

Riżultati ewlenin

Affarijiet attwali

Fil-bidu tal-laqgħa tagħhom, ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Lvant ta' Ghouta, is-Sirja. Huma appellaw għall-implimentazzjoni b'urġenza tar-riżoluzzjoni 2401 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adottata fl-24 ta' Frar, li titlob li l-partijiet kollha jwaqqfu l-ostilitajiet mingħajr dewmien.

Qed nistennew implimentazzjoni sħiħa u immedjata tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li għadha kif ġiet adottata. Illum ser nibgħat ittra lill-ministri għall-affarijiet barranin tat-tliet garanti tal-proċess ta' Astana - ir-Russja, it-Turkija u l-Iran - biex nitlobhom jaħdmu għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Venezwela

Il-Kunsill tkellem dwar l-aħħar żviluppi fil-Venezwela, inkluż is-sitwazzjoni umanitarja kritika fil-pajjiż u l-pajjiżi ġirien tiegħu, peress li aktar minn 1.5 miljun persuna diġà telqu mill-Venezwela. Kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-impass politiku fil-pajjiż, bis-sospensjoni tad-djalogu ta' Santo Domingo bejn il-gvern u l-oppożizzjoni u l-elezzjonijiet Presidenzjali programmati għat-22 ta' April. Il-ministri għall-affarijiet barranin esprimew is-solidarjetà tagħhom ma' Spanja, b'segwitu għad-deċiżjoni mill-awtoritajiet Venezwelani li jiddikjaraw l-Ambaxxatur ta' Spanja persona non grata. Il-ministri għall-affarijiet barranin qablu li jkomplu jwettqu monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni u jżommu miftuħin il-kanali ta' komunikazzjoni, kemm mal-oppożizzjoni kif ukoll mal-gvern.

Qed nistennew elezzjonijiet ħielsa u ġusti, u li l-partiti politiċi kollha fil-proċess politiku jitħallew jipparteċipaw fil-proċess politiku. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE u r-Rappreżentant Għoli kellhom ikla mas-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab (LAS), Ahmed Aboul Gheit, u mal-ministri għall-affarijiet barranin, membri tad-delegazzjoni ministerjali tal-LAS dwar Ġerusalemm ippreseduta mill-Ġordan, u inkluż l-Eġittu, l-Arabja Sawdija, il-Marokk, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Awtorità Palestinjana.

Huma ddiskutew mezzi biex jerġa' jitqajjem il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani b'mod inklużiv, bil-għan li tinkiseb soluzzjoni ta' żewġ stati, b'Ġerusalemm bħala l-belt kapitali futura taż-żewġ stati. Huma ddiskutew ukoll l-importanza li jiżdied l-appoġġ internazzjonali kollettiv lill-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA)

Il-Moldova

Il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom skambju ta’ fehmiet dwar ir-Repubblika tal-Moldova. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet fi tmiem id-dibattitu. Fid-diskussjoni, il-ministri għall-affarijiet barranin tennew l-impenn tal-UE lejn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali. Huma ssottolinjaw ukoll il-ħtieġa li jkomplu jiġu adottati u implimentati riformi ċentrali, għall-benefiċċju taċ-ċittadini Moldovani.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024