- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 26 ta' Marzu 2021 13:00
Libja: L-UE tneħħi s-sanzjonijiet fuq persuna waħda
Illum il-Kunsill iddeċieda li ma jżommx lil Khalifa Ghwell, eks prim ministru u ministru għad-difiża tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali tal-Libja mhux rikonoxxut internazzjonalment, fuq il-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE fid-dawl tar-rwol tagħhom f'atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha.
Khalifa Ghwell ilu soġġett għal miżuri restrittivi tal-UE – projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi – mill-2016, u l-elenkar attwali tiegħu jiskadi fit-2 ta' April.
Il-miżuri restrittivi tal-UE huma maħsuba biex iġibu bidla fil-politika jew l-attività minn entitajiet u individwi responsabbli għal imġiba malinja, u huma ta' natura proporzjonata, immirata, u mhux punittiva. It-tneħħija mil-lista hija xierqa kull meta l-kriterji għall-elenkar ma jibqgħux jiġu ssodisfati.
Fil-futur, l-UE tkompli tappella lill-komunità internazzjonali u lill-atturi rilevanti kollha fil-Libja biex jikkonformaw mar-Riżoluzzjonijiet kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u f'dan ir-rigward, tfakkar fl-istrument tagħha ta' sanzjonijiet kontra dawk li possibbilment jistgħu jkunu ta' xkiel.
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024