Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 10 ta' Mejju 2021 11:05

Il-Kunsill jikkomplementa l-qafas leġiżlattiv tal-UE għar-riċerka

Illum il-Kunsill adotta ġabra ta’ atti legali bil-għan li jikkomplementaw il-qafas legali għal Orizzont Ewropa, il-programm qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni għas-snin 2021 sal-2027.

Dawn l-atti legali huma li ġejjin:

  • deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa, li tistipula l-objettivi operazzjonali u t-tipi ta’ attivitajiet maħsuba għall-implimentazzjoni ta’ Orizzont Ewropa;
  • regolament dwar il-programm Euratom li jikkomplementa Orizzont Ewropa, li jiżgura t-tkomplija ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ b’attenzjoni fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;
  • emendi għar-regolament dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), bil-għan prinċipalment li tittejjeb is-sostenibbiltà finanzjarja u l-ftuħ tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni;
  • deċiżjoni dwar l-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, li tistipula l-oqsma ta’ prijorità u l-istrateġija tal-EIT għall-perjodu 2021-2027 billi tiddefinixxi l-għanijiet, l-azzjonijiet ewlenin, il-mod ta’ ħidma, ir-riżultati mistennija u r-riżorsi meħtieġa tal-EIT.
Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025