"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 10 ta' Mejju 2021

Riżultati ewlenin

Balkani tal-Punent

Il-Kunsill kellu diskussjoni strateġika dwar il-Balkani tal-Punent, u l-elementi ta' involvimentimsaħħaħ tal-UE fir-reġjun.

Ir-reġjun għandu rwol speċjali fl-Ewropa u għall-Ewropa. Qbilna li l-Balkani tal-Punent huwa reġjun ta' importanza ġeostrateġika ewlenija għall-UE. L-impenn tagħna lejn il-Balkani tal-Punent jeħtieġ li jkun viżibbli ħafna u m'għandna nħallu l-ebda dubju f'dan ir-rigward. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri affermaw mill-ġdid il-perspettiva Ewropea tar-reġjun kollu, filwaqt li ssottolinjaw l-importanza ta' impenn politiku f'firxa wiesgħa ta' oqsma bħal: il-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID, il-kooperazzjoni ekonomika, il-konnettività, l-indirizzar tal-influwenza esterna u d-diżinformazzjoni.

Id-diskussjoni enfasizzat il-ħtieġa li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jaċċelleraw ir-riformi relatati mal-UE u jsaħħu narrattiva pożittiva u kostruttiva. Ir-Rappreżentant Għoli enfasizza l-ħtieġa urġenti li jsir progress fil-proċess ta' adeżjoni tal-Albanija u tal-Maċedonja ta' Fuq, li titmexxa 'l quddiem l-integrazzjoni tal-UE mas-Serbja u l-Montenegro, u li jsir progress fil-liberalizzazzjoni tal-viża għall-Kosovo. Il-ministri talbu wkoll għat-tkomplija rapida tad-djalogu bejn Belgrad u Pristina, u tennew l-appoġġ kontinwu u inekwivoku tagħhom għall-integrità territorjali u s-sovranità tal-Bożnija-Ħerzegovina.

Il-Kunsill fakkar ukoll fir-rwol ewlieni tal-UE biex tgħin lis-sħab tal-Balkani tal-Punent jirrispondu għall-pandemija tal-COVID-19, permezz ta' assistenza tas-saħħa, ta' finanzjament għall-irkupru soċjoekonomiku, u ta' donazzjoni ta' vaċċini.

Relazzjonijiet tranżatlantiċi

Il-Kunsill iddiskuta l-prijoritajiet għall-involviment mal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti fix-xhur li ġejjin.

Il-ministri evalwaw il-progress li sar flimkien dwar xi kwistjonijiet importanti, bħall-impenn mill-ġdid tal-Istati Uniti fil-PAKK, it-tnedija mill-ġdid tad-djalogu dwar iċ-Ċina, is-sospensjoni temporanja tat-tariffi taħt it-tilwima tal-Airbus/Boeing jew il-kooperazzjoni dwar ir-reazzjonijiet għall-iżviluppi fir-Russja u l-Myanmar.

Id-diskussjoni enfasizzat li s-sħubija mġedda bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hija bbażata fuq aktar involviment, aktar koordinazzjoni u kooperazzjoni.

Vidjokonferenza mal-Mibgħut Speċjali Presidenzjali tal-Istati Uniti għall-Klima John Kerry

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet mal-Mibgħut Speċjali Presidenzjali tal-Istati Uniti għall-Klima John Kerry dwar kif tista' tiżdied l-ambizzjoni klimatika globali, speċjalment fost l-akbar ekonomiji tad-dinja.

Ġie maqbul li l-UE u l-Istati Uniti jaħdmu flimkien b'mod sistematiku biex jintensifikaw l-isforzi bl-għan li jwasslu sabiex is-sħab jirrispettaw l-aħjar impenji possibbli skont il-Ftehim ta' Pariġi. Dan ser isir kemm bilateralment kif ukoll f'fora multilaterali bħall-G7 u l-G20.

Ġrajjiet Kurrenti

Il-Kunsill iddiskuta l-Palestina, kemm fir-rigward tal-elezzjonijiet reċentement posposti kif ukoll fir-rigward tal-ġlied reċenti f'Ġerusalemm tal-Lvant. Il-ministri ddikjaraw mill-ġdid li n-naħat kollha jridu jonoraw u jirrispettaw bis-sħiħ l-istatus quo tas-siti sagri u l-mexxejja kollha għandhom responsabbiltà li jaġixxu kontra l-estremisti.

Il-Kunsill esprima wkoll solidarjetà mar-Repubblika Ċeka u mal-Bulgarija fid-dawl tal-avvenimenti reċenti relatati mar-Russja.

Il-ministri ddiskutew in-negozjati li għaddejjin dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar l-enerġija nukleari mal-Iran, il-PAKK, u dwar is-saħħa globali. Dwar dan tal-aħħar ir-Rappreżentant Għoli fakkar li l-UE qiegħda fuq quddiem fl-isforz ta' solidarjetà internazzjonali b'€2.5 biljun f'kontribuzzjonijiet għall-COVAX, u fil-produzzjoni u l-esportazzjoni ta' vaċċini.

Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar il-Libanu, fejn is-sitwazzjoni qed tkompli tiddeterjora, u n-nies ibatu. Ir-Rappreżentant Għoli informa lill-ministri li bħalissa għaddejja l-ħidma u li qed jiġu esplorati l-opzjonijiet kollha disponibbli biex issir pressjoni fuq dawk il-mexxejja Libaniżi li qed jipprevjenu lill-pajjiż milli jegħleb is-sitwazzjoni drammatika.

Fl-aħħar nett il-ministri ddiskutew ukoll il-Belarussja, fejn ir-reġim kompla r-repressjoni u l-intimidazzjoni tiegħu kontra ċ-ċittadini, inkluż il-komunità Pollakka.

Affarijiet oħra

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-sigurtà u d-difiża, u l-Qarn tal-Afrika.

Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Barranin li sar fl-10 ta' Mejju 2021 fi Brussell.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025