- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 13 ta' April 2022 13:35
Finanzi sostenibbli: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
L-UE qed tieħu aktar passi biex timplimenta l-istrateġija tagħha dwar il-finanzjament tat-tkabbir sostenibbli u t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi.
Ir-rappreżentanti permanenti tal-UE approvaw il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar proposta biex jinħolqu Bonds Ekoloġiċi Ewropej. Dan ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għall-emittenti tal-bonds li jixtiequ jużaw l-isem "Bond Ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" għall-bonds ambjentalment sostenibbli tagħhom magħmula disponibbli għall-investituri fl-Unjoni, u jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni u qafas superviżorju għar-rieżaminaturi esterni tal-bonds ekoloġiċi Ewropej.
Il-bonds ambjentalment sostenibbli huma wieħed mill-istrumenti ewlenin għall-finanzjament ta' investimenti relatati ma' teknoloġiji ekoloġiċi, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi kif ukoll l-infrastruttura tat-trasport u l-infrastruttura tar-riċerka sostenibbli.
Issa li l-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward il-proposta, jinsab lest li jibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew sabiex jintlaħaq qbil dwar verżjoni finali tat-test.
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024