Skip to content
  • Kunsill Ewropew
  • Stqarrija għall-istampa
  • 21 ta' Mejju 2022 13:15

Il-Bożnija-Ħerzegovina: pjan direzzjonali għal progress fil-perkors lejn l-UE

Il-President Michel kellu laqgħat mal-Presidenza u l-mexxejja politiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina.

L-għan taż-żjara kien li jisma' l-prijoritajiet ewlenin tal-mexxejja u li jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kif jista' jingħata impetu ġdid lir-riformi fil-perkors tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-UE. Id-diskussjonijiet kienu sostanzjali u produttivi u partikolarment dwar kif l-UE tista' tappoġġa t-titjib u t-tisħiħ tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-istat biex b'hekk jittejbu wkoll il-forniment tas-servizzi, l-impjiegi, it-tkabbir u l-prosperità għaċ-ċittadini kollha. Il-President Michel esprima r-rieda tiegħu li jiffaċilita l-għoti ta' spinta mill-ġdid lid-djalogu bejn il-partijiet kollha.

Il-President ftiehem mal-mexxejja politiċi biex fil-ġimgħat li ġejjin tissejjaħ laqgħa fi Brussell biex issir ħidma fuq pjan direzzjonali li jistabbilixxi r-riformi prijoritarji u l-ftehimiet politiċi meħtieġa biex tingħata ħajja ġdida lill-perkors tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-UE.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 24 ta' April 2025