Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 17 ta' Ġunju 2022 18:16

Semestru Ewropew 2022: jintlaħaq qbil dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

Illum, il-Kunsill qabel dwar ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tiegħu dwar il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-istati membri tal-2022 u l-opinjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi aġġornati ta' Stabbiltà jew Konverġenza. Dan il-pass huwa parti mill-programm tas-Semestru Ewropew 2022, li jippermetti lill-istati membri jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u fiskali tagħhom.

Il‑passi li jmiss

Il-Kunsill Ewropew mistenni japprova r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Ġunju.

Wara dan, il-Kunsill jista' jipproċedi bl-adozzjonijiet formali, li jikkonkludu l-istadju finali tal-proċess tas-Semestru Ewropew 2022.

Informazzjoni ġenerali

Introdott fl-2010, is-Semestru Ewropew jippermetti lill-istati membri tal-UE jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi, fiskali u tal-impjiegi tagħhom matul is-sena u jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi li qed tiffaċċa l-UE.

Il-Kummissjoni tivvaluta l-politiki ekonomiċi u l-istrateġiji baġitarji tal-gvernijiet tal-UE, abbażi ta' programmi nazzjonali ta' riforma u programmi ta' stabbiltà jew konverġenza pprovduti kull sena f'April.

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tippreżenta lil kull pajjiż sett ta' abbozz ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) li jipprovdu gwida ta' politika dwar kif l-impjiegi u t-tkabbir jistgħu jingħataw spinta, filwaqt li jinżammu finanzi pubbliċi sodi.

Il-Kunsill imbagħad jadotta rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) u opinjonijiet. Huwa jagħti spjegazzjonijiet f'każijiet fejn ir-rakkomandazzjonijiet ma jikkorrispondux ma' dawk proposti mill-Kummissjoni.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-2022, u l-opinjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi ta' Stabbiltà jew Konverġenza aġġornati, jinsabu fid-dokumenti li ġejjin:

Illustrazzjonijiet tal-kronoloġija tas-Semestru Ewropew, ċarts ekonomiċi u munzell ta' flus
Semestru Ewropew (Infografika)

Semestru Ewropew (Infografika)

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024