"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 17 ta' Ġunju 2022

Riżultati ewlenin

Is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja

Waqt il-kolazzjon, il-ministri kellhom skambju informali ta’ fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja attwali, fil-kuntest tal-inflazzjoni li qed tiżdied.

Il-ministri għall-ekonomija u l-finanzi tal-UE qablu li jkomplu jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi biex jirreaġixxu għaż-żieda fl-inflazzjoni, speċjalment b’miżuri temporanji għall-protezzjoni tal-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli.

Ir-riżorsi proprji ġodda tal-UE

Wara l-ftehim interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020, il-ministri għall-ekonomija u l-finanzi tal-UE ddiskutew id-deċiżjoni proposta dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji ġodda tal-Unjoni Ewropea. Din id-diskussjoni kienet ibbażata fuq nota tal-Presidenza u kopriet fost oħrajn il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) u s-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS).

Il-ministri esprimew il-fehmiet tagħhom dwar l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda biex jiġi żgurat il-ħlas lura tal-pjan tal-irkupru tal-UE, u dwar il-kalendarju għall-implimentazzjoni tagħhom.

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

Il-Kunsill ħa nota tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-pakkett leġiżlattiv dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Illustrazzjoni tal-baġit tal-UE bħala kubu ta' Rubik.

Baġit għall-2021-2027 u pjan ta' rkupru tal-UE (Infografika)

Solvenza II

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali) dwar emendi għad-direttiva Solvenza II, l-att leġiżlattiv ewlieni tal-UE fil-qasam tal-assigurazzjoni. Il-Kunsill issottolinja li s-settur tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jista' jipprovdi sorsi privati ta' finanzjament lin-negozji Ewropej u jista' jagħmel l-ekonomija aktar robusta billi jipprovdi protezzjoni kontra firxa wiesgħa ta' riskji.

Direttiva dwar maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi

Biex jittejjeb is-suq kapitali Ewropew u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri, il-Kunsill laħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali) dwar rieżami tad-direttiva dwar il-maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi, li hija l-qafas leġiżlattiv li jirregola l-maniġers tal-fondi spekulattivi, il-fondi ta' ekwità privata, il-fondi ta' dejn privat, il-fondi ta' proprjetà immobbli u l-hekk imsejħa fondi ta' investiment alternattivi oħra fl-Unjoni.

Implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) u l-pjan tal-Polonja

Il-ministri evalwaw l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF). Il-Kunsill adotta d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tiegħu dwar l-approvazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP) tal-Polonja.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija l-programm tal-UE ta' appoġġ finanzjarju fuq skala kbira b'reazzjoni għall-isfidi li l-pandemija ħolqot għall-ekonomija Ewropea. Is-€672.5 biljun tal-faċilità jintużaw biex jappoġġaw ir-riformi u l-investimenti deskritti fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-istati membri. Minnhom, diġà ġew żborżati €100 biljun.

Grafika: Il-fond għall-irkupru tal-UE jappoġġa l-istati membri biex jagħti spinta lill-ekonomija u jibni Ewropa aktar reżiljenti, ambjentali u diġitali.

Fond għall-irkupru: l-UE tagħti riżultati (Infografika)

Semestru Ewropew 2022: jintlaħaq qbil dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

Il-Kunsill approva r-rakkomandazzjonijiet dwar il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tal-2022 u ta opinjoni dwar il-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza tal-2022. Dawn jieħdu kont tat-tbassir tar-rebbiegħa 2022 u l-kontinwazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fl-2023 u jindirizzaw il-pożizzjoni baġitarja tal-istati membri f’termini kwalitattivi aktar milli kwantitattivi, minħabba ċ-ċirkostanzi attwali eċċezzjonali.

Tkabbir taż-żona tal-euro: il-Kroazja

Il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni li hija l-ewwel parti ta’ proċess legali li ser jippermetti lill-Kroazja ssir membru taż-żona tal-euro u tibbenefika mill-użu tal-munita komuni tagħna, il-euro, mill-1 ta’ Jannar 2023.

Il-Kunsill approva wkoll ittra mill-President tal-Kunsill Ecofin lill-Kunsill Ewropew. Il-Kunsill Ewropew ser jiddiskuti l-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Ġunju.

Il-Kroazja ser tkun l-20 stat membru tal-UE li adotta l-euro bħala l-munita tiegħu. Hija ssegwi l-passi tal-Litwanja, li ngħaqdet maż-żona tal-euro bħala d-19-il stat membru fl-2015.

Leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji

Il-Presidenza ppreżentat is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-proposti leġiżlattivi attwali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Bruno Le Maire, President tal-Kunsill, u Zdravko Marić, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Finanzi, il-Kroazja, waqt l-adozzjoni tal-ewwel att legali dwar l-adeżjoni tal-Kroazja maż-żona tal-euro (il-Lussemburgu, 17 ta’ Ġunju 2022)
Bruno Le Maire, President tal-Kunsill, u Zdravko Marić, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Finanzi, il-Kroazja, waqt l-adozzjoni tal-ewwel att legali dwar l-adeżjoni tal-Kroazja maż-żona tal-euro (il-Lussemburgu, 17 ta’ Ġunju 2022)

Ġlieda kontra l-frodi tal-VAT: ftehim UE-Norveġja

Il-Kunsill ikkunsidra li kien f’waqtu li tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni man-Norveġja fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Għal dan il-għan, awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati man-Norveġja sabiex jissaħħaħ ftehim bejn l-UE u n-Norveġja li daħal fis-seħħ fl-2018.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi)

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-progress miksub mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) matul il-Presidenza Franċiża.

Il-Kunsill approva wkoll ir-rapport ta’ kull 6 xhur tal-Grupp.

Strument għal akkwist internazzjonali

Il-Kunsill adotta regolament biex jippromwovi r-reċiproċità fl-aċċess għas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku, li ser jiżgura aċċess u kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-kumpaniji tal-UE fis-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi, u b’hekk jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ negozju għal dawn il-kumpaniji.

Direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija

Bħala punt mingħajr diskussjoni, il-Kunsill ħa nota ta’ rapport ta’ progress dwar ir-reviżjoni tad-direttiva dwar it-tassazzjoni tal-enerġija.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025