- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 24 ta' April 2024 11:30
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1074 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
Fit-12 ta' April 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/10741.
Il-Kunsill iddeċieda li tliet entitajiet għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.
Il-pajjiżi kandidati l-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, is-Serbja, l-Albanija, l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Bożnija-Ħerzegovina2, kif ukoll il-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tkun konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota u tilqa' dan l-impenn.
1 ĠU L, 2024/1074, 12.4.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2024/1074/oj?locale=mt
2 Il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, l-Albanija u l-Bożnija-Ħerzegovina għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Nabila Massrali Kelliem temporanju tas-SEAE
- +32 2 29 88093
- +32 460 79 52 44
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025