- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 29 ta' April 2024 11:55
Il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni finali għall-estensjoni ta' miżura ta' protezzjoni mill-abbuż sesswali tat-tfal
Illum il-Kunsill adotta regolament li jestendi miżura interim għall-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online. Il-miżura interim ser tiġi estiża sat-3 ta' April 2026.
Elementi ewlenin
Ir-regolament adottat illum isostni deroga mir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fis-setturi tal-komunikazzjoni elettronika li tippermetti lill-fornituri tal-hekk imsejħa servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri (eż. servizzi ta' messaġġi) jużaw teknoloġiji speċifiċi għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra biex jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom, jirrappurtawh u jneħħuh.
L-estensjoni tipprevedi li, sabiex ikun hemm rappurtar komprensiv u statistika komparabbli, il-fornituri għandhom jagħmlu disponibbli f'format strutturat, l-informazzjoni dwar ir-rapporti ta' abbuż sesswali tat-tfal online identifikat li jippreżentaw lill-awtoritajiet u lill-Kummissjoni.
Il-passi li jmiss
Ir-regolament ser jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE. Japplika direttament fl-istati membri kollha.
Kuntest
Id-deroga, li oriġinarjament intlaħaq qbil dwarha fl-2021 u li issa ġiet estiża sat-3 ta' April 2026 ser timla l-lakuna sakemm liġi ġdida tal-UE, li bħalissa qed tiġi diskussa mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, toffri qafas legali fit-tul għall-identifikazzjoni ta' abbuż sesswali tat-tfal online.
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025