Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 18 ta' Lulju 2025 14:20

Is-Sudan: il-Kunsill jissanzjona individwi u entitajiet minħabba ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u theddid għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-pajjiż

Il-Kunsill illum adotta r-raba' pakkett ta'miżuri restrittivikontra żewġ individwi u żewġ entitajiet, fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjonili qed tkompli fis-Sudan, fejn ilu għaddej ġlied kontinwu bejn il-Forzi Armati Sudaniżi (SAF) u l-Forzi ta' Appoġġ Rapidu (RSF) għal aktar minn sentejn.

L-entitajiet elenkati tal-UE huma Alkhaleej Bank u Red Rock Mining Company. Din tal-aħħar hija kumpanija tal-minjieri u tal-esplorazzjoni, li l-kumpanija omm tagħha diġà hija soġġetta għal miżuri restrittivi mill-UE, mill-Istati Uniti u mir-Renju Unit, u hija involuta fl-iffaċilitar tal-produzzjoni ta' armi u vetturi għall-SAF. Is-settur tal-minjieri huwa ta' importanza partikolari biex jalimenta l-kunflitt fis-Sudan. Iż-żoni tal-estrazzjoni mill-minjieri spiss ikunu marbuta ma' żoni tal-gwerra u jirrappreżentaw siti strateġikament importanti li l-partijiet fil-kunflitt ikunu jridu jirbħu, u dan iżid il-kompetizzjoni u t-tensjoni.

Alkhaleej Bank hija fil-biċċa l-kbira proprjetà ta' kumpaniji marbuta ma' membri tal-familja tal-Kmandant tal-RSF Mohamed Hamdan Dagalo (magħruf ukoll bħala “Hemedti”) u taqdi rwol essenzjali fil-finanzjament tal-operazzjonijiet tal-RSF.

Il-miżuri restrittivi tal-UE huma imposti wkoll fuq il-kmandant militari tal-SAF Abu Aqla Mohamed Kaikal, li qabel telaq mal-RSF u mbagħad reġa' ngħaqad mal-SAF fl-2024. Huwa kien il-gvernatur tal-Istat ta' Jazirah wara li ħakmuha l-RSF. Matul iż-żmien tiegħu bħala l-Kap tas-Sudan Shield Forces huwa jitqies responsabbli talli kelli fil-mira l-Kanabi, grupp storikament marġinalizzat magħmul prinċipalment minn Nuba u tribujiet Afrikani oħra.

Fl-aħħar nett, il-kunsill elenkalill-kmandant ta' operazzjonijiet militari tal-RSF, Hussein Barsham, li qeda rwol ewlieni fl-operazzjonijiet tal-RSF li rriżultaw f'atroċitajiet tal-massa, fosthom qtil immirat, vjolenza etnika, spostament furzat u vjolenza kontra persuni ċivili, partikolarment fid-Darfur u reġjuni oħra tas-Sudan milquta minn kunflitti.

Dawk elenkati llum huma soġġetti għall-iffriżar tal-assi, u l-għoti ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi, direttament jew indirettament, lilhom jew għall-benefiċċju tagħhom, huwa pprojbit. Barra minn hekk, għall-persuni fiżiċi elenkati tapplika projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar lejn l-UE.

L-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri restrittivi tissottolinja l-appoġġ sod tal-UE għall-paċi u r-responsabbiltà fis-Sudan. L-UE, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-komunità internazzjonali, ser tuża l-għodod u l-istrumenti diplomatiċi tagħha, inkluż miżuri restrittivi, biex tfittex riżoluzzjoni paċifika għall-kunflitt, tindirizza s-sitwazzjoni umanitarja gravi fil-pajjiż u lil hinn minnu u biex trawwem proċess politiku inklużiv dejjiemi fost is-Sudaniż li jirrifletti l-aspirazzjonijiet tal-poplu Sudaniż. Il-poplu tas-Sudan għandu dritt għal-libertà, il-paċi u l-ġustizzja.

L-atti legali rilevanti ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Sfond

Fid-9 ta' Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.

Bis-sanzjonijiet addizzjonali adottati llum, il-miżuri restrittivi tal-UE japplikaw għal għaxar individwi u tmien entitajiet.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 18 ta' Novembru 2025