Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 25 ta' Lulju 2025 15:52

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi b'rabta ma' miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

Fil-15 ta' Lulju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/13971.

Id-Deċiżjoni żżid tmien persuni u entità waħda mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, fid-dawl tar-repressjoni tranżnazzjonali minn korpi statali Iranjani mmirati lejn dissidenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, inkluż fit-territorju tal-Unjoni.

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova (Repubblika tal-), il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1 ĠU L, 2025/1397, 15.07.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1397/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Lulju 2025