- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 26 ta' Lulju 2025 18:00
In-Niġer: Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea
L-Unjoni Ewropea tilqa' l-ħelsien ta' diversi priġunieri politiċi, iżda jiddispjaċiha dwar id-detenzjoni ta' Mohammed Bazoum u personalitajiet oħra kif ukoll ta' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. L-UE ttenni l-appell tagħha għall-ħelsien ta' dawn il-persuni li jibqgħu detenuti għal raġunijiet politiċi. Id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt jibqgħu prijoritajiet fl-azzjoni esterna tal-UE.
L-UE tibqa' disponibbli għal djalogu sinċier, onest u strutturat mal-awtoritajiet tan-Niġer abbażi tar-rispett reċiproku u l-interessi komuni, kif muri mid-diskussjonijiet li r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għas-Saħel irnexxielu jkollu mal-awtoritajiet Niġerini.
L-UE reġgħet bdiet, fuq talba tan-Niġer, ċerti proġetti ta' kooperazzjoni, u tkompli twieġeb għall-ħtiġijiet urġenti ta' popolazzjonijiet vulnerabbli permezz tal-azzjoni umanitarja tagħha fiż-żoni milquta mill-vjolenza u d-diżastri naturali.
L-UE ttenni x-xewqa tagħha li l-poplu tan-Niġer jgawdi l-prosperità, l-istabbiltà u l-paċi. Nikkundannaw bl-aktar mod qawwi possibbli l-atti ta' terroriżmu li ilhom jaffettwaw lin-Niġer għal ħafna snin. Aħna naffermaw mill-ġdid is-solidarjetà sħiħa tagħna mas-soċjetà Niġerina kollha li hija l-vittma ta' din il-vjolenza, li toħloq theddida għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun.
L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, in-Norveġja, ir-Repubblika tal-Moldova, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Anouar El Anouni Spokesperson
- +32 2 291 35 80
- +32 229-13580
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 26 ta' Settembru 2025